+Artikolu 25c ►C3Servizzi mhux tal-awditjar◄pprojbiti f’każijiet fejn l-awditur statutorju jwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entità ta’ interess pubbliku
---+Artikolu 25c 1.
---+Artikolu 25c 2.
---+Artikolu 25c 3.

Artikolu 25c ►C3Servizzi mhux tal-awditjar◄pprojbiti f’każijiet fejn l-awditur statutorju jwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entità ta’ interess pubbliku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25c 1.

Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entità ta’ interess pubbliku, jew kwalunkwe membru tan-network li minnu l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tagħmel parti, ma għandhiex tipprovdi direttament jew indirettament lill-entità ta’ interess pubbliku li tkun is-suġġett tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, ►C3  lill-impriża omm ◄ tagħha jew lill-impriżi kkontrollati tagħha fl-Unjoni s- ►C3  servizzi mhux tal-awditjar ◄ pprojbiti msemmija fil-punti (b) u (c) u l-punti (e) sa (k) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014:

(a) 

fil-perjodu bejn il-bidu tal-perjodu soġġett għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-ħruġ tar-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà; u

(b) 

fis-sena finanzjarja immedjatament qabel il-perjodu msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu b’rabta mas-servizzi msemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

Artikolu 25c 2.
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li twettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u, fejn l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tappartjeni għal network, kwalunkwe membru ta’ tali network, jista’ jipprovdi lill-entità ta’ interess pubbliku soġġetta għall-aċċertament ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà, ►C3  lill-impriża omm ◄ tagħha jew lill-impriżi kkontrollati tagħha ►C3  servizzi mhux tal-awditjar ◄ għajr is- ►C3  servizzi mhux tal-awditjar ◄ pprojbiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk applikabbli, is- ►C3  servizzi mhux tal-awditjar ◄ pprojbiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew servizzi li l-Istati Membri jqisu li jirrappreżentaw theddida għall-indipendenza kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, soġġett għall-approvazzjoni ►C3  tal-kumitat tal-awditjar ◄ wara li jkun ivvalut kif xieraq it-theddid ta’ indipendenza u s-salvagwardji applikati f’konformità mal-Artikolu 22b ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 25c 3.
Meta membru ta’ network li minnu jagħmlu parti l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li twettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entità ta’ interess pubbliku jipprovdi s- ►C3  servizzi mhux tal-awditjar ◄ pprojbiti imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil impriża inkorporata f’pajjiż terz ikkontrollata mill-entità ta’ interess pubbliku soġġetta għal aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikkonċernata għandha tivvaluta jekk l-indipendenza tal-membru tagħha tkunx kompromessa minn tali forniment ta’ servizzi mill-membru tan-network.

Jekk l-indipendenza tal-membru tagħha tkun affettwata, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tapplika salvagwardjisabiex timmitiga t-theddid ikkawżat mill-forniment ta’ ►C3  servizzi mhux tal-awditjar ◄ pprojbiti imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’pajjiż terz. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistgħu jkomplu jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-entità ta’ interess pubbliku biss jekk jistgħu jiġġustifikaw, f’konformità mal-Artikolu 22b, li l-forniment ta’ tali servizzi ma jaffettwax il-ġudizzju professjonali tagħhom u r-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.