+Artikolu 27a 1.

Artikolu 27a 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ inkarigi ta’ aċċertament ta’ rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ grupp ta’ impriżi:

(a) 

b’rabta mar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà, l-awditur tal-grupp iġorr ir-responsabbiltà sħiħa għar-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 28a;

(b) 

l-awditur tal-grupp jevalwa l-ħidma tal-aċċertament mwettqa minn kwalunkwe fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jew awditur(i) ta’ pajjiż terz jew minn awditur(i) statutorju/i jew minn entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew ►C3  ditta/i tal-awditjar ◄ għall-fini tal-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà u jiddokumenta n-natura, iż-żmien u l-grad tal-involviment tal-ħidma mwettqa minn dawk l-awdituri, inkluż fejn applikabbli, ir-rieżami tal-awditur tal-grupp ta’ partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni tal-aċċertament ta’ dawk l-awdituri; u

(c) 

l-awditur tal-grupp jirrieżamina x-xogħol fuq l-aċċertament mwettqa minn fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, awditur(i) statutorju/i u entità(jiet) ta’ awditjar minn pajjiżi terzi jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà u jiddokumentah.

Id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tkun tali li tippermetti lill-awtorità kompetenti rilevanti teżamina l-ħidma tal-awditur tal-grupp.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awditur tal-grupp għandu jesiġi l-qbil tal-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, l-awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, l-awditur(i) statutorji, l-entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew tad-ditta/i tal-awditjar kkonċernati għat-trasferiment tad-dokumentazzjoni rilevanti matul it-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà, bħala kondizzjoni tal-affidabbiltà mill-awditur tal-grupp dwar il-ħidma ta’ da(w)k il-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, awditur(i) statutorji, entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.