+Artikolu 27a Aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat
---+Artikolu 27a 1.
---+Artikolu 27a 2.
---+Artikolu 27a 3.

Artikolu 27a Aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27a 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ inkarigi ta’ aċċertament ta’ rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ grupp ta’ impriżi:

(a) 

b’rabta mar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà, l-awditur tal-grupp iġorr ir-responsabbiltà sħiħa għar-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 28a;

(b) 

l-awditur tal-grupp jevalwa l-ħidma tal-aċċertament mwettqa minn kwalunkwe fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jew awditur(i) ta’ pajjiż terz jew minn awditur(i) statutorju/i jew minn entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew ►C3  ditta/i tal-awditjar ◄ għall-fini tal-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà u jiddokumenta n-natura, iż-żmien u l-grad tal-involviment tal-ħidma mwettqa minn dawk l-awdituri, inkluż fejn applikabbli, ir-rieżami tal-awditur tal-grupp ta’ partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni tal-aċċertament ta’ dawk l-awdituri; u

(c) 

l-awditur tal-grupp jirrieżamina x-xogħol fuq l-aċċertament mwettqa minn fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, awditur(i) statutorju/i u entità(jiet) ta’ awditjar minn pajjiżi terzi jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà u jiddokumentah.

Id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tkun tali li tippermetti lill-awtorità kompetenti rilevanti teżamina l-ħidma tal-awditur tal-grupp.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awditur tal-grupp għandu jesiġi l-qbil tal-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, l-awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, l-awditur(i) statutorji, l-entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew tad-ditta/i tal-awditjar kkonċernati għat-trasferiment tad-dokumentazzjoni rilevanti matul it-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà, bħala kondizzjoni tal-affidabbiltà mill-awditur tal-grupp dwar il-ħidma ta’ da(w)k il-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, awditur(i) statutorji, entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar.

Artikolu 27a 2.
Fejn l-awditur tal-grupp ma jkunx jista’ jikkonforma mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, huwa għandu jieħu l-miżuri adatti u jinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti.

Tali miżuri għandhom, fejn adatt, jinkludu xogħol addizzjonali ta’ aċċertament, jew direttament inkella permezz tal-esternalizzazzjoni ta’ tali kompiti, fis-sussidjarja rilevanti.

Artikolu 27a 3.
Fejn l-awditur tal-grupp ikun soġġett għal rieżami ta’ aċċertament tal-kwalità jew investigazzjoni fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ grupp ta’ impriżi, l-awditur tal-grupp għandu, meta jintalab jagħmel dan, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti id-dokumentazzjoni rilevanti li huwa jżomm fir-rigward tal-ħidma tal-aċċertament mwettqa rispettivament mill-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, awditur(i) statutorji, entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-inkarigu ta’ aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà, inkluż kwalunkwe dokumenti ta’ ħidma rilevanti għall-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà.

L-awtorità kompetenti tista’ titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma ta’ aċċertament mwettqa minn kwalunkwe awditur(i) statutorju/i jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 36.

Fejn l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ ►C3  impriża omm ◄ jew impriża sussidjarja ta’ grupp ta’ impriżi titwettaq minn awditur jew awdituri jew entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tista’ titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar xogħol ta’ aċċertament mwettaq minn kwalunkwe awditur jew awdituri ta’ pajjiż terz jew entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti minn pajjiżi terzi permezz tal-arranġament ta’ ħidma.

B’deroga mit-tielet subparagrafu, meta fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur jew awdituri ta’ pajjiż terz jew entità jew entitajiet ta’ awditjar li ma jkollhom l-ebda arranġament ta’ ħidma jkunu wettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ ►C3  impriża omm ◄ jew ta’ impriża sussidjarja ta’ grupp ta’ impriżi, l-awditur tal-grupp għandu, meta jintalab, ikun responsabbli wkoll biex jiżgura l-konsenja xierqa tad-dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma ta’ aċċertament mwettqa minn tali fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi jew entità/entitajiet ta’ awditjar, inkluż id-dokumenti ta’ ħidma rilevanti għall- aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà. Sabiex tiġi żgurata tali konsenja, l-awditur tal-grupp għandu jżomm kopja ta’ tali dokumentazzjoni, jew inkella jiftiehem mal-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, mal-awditur(i) ta’ pajjiżi terzi jew mal-entità/entitajiet ta’ awditjar sabiex huwa jkun jista’ jkollu aċċess mhux ristrett għal tali dokumentazzjoni kull meta jitlob li jagħmel dan, jew jieħu kwalunkwe azzjoni adatta oħra. Fejn id-dokumenti ta’ ħidma tal-aċċertament ma jkunux jistgħu jgħaddu minn pajjiż terz għall-awditur tal-grupp minħabba raġunijiet legali jew raġunijiet oħra, id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tinkludi provi li huwa jkun ħa l-passi adatti sabiex ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni ta’ aċċertament, u fil-każ ta’ impedimenti li ma jkunux legali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz konċernat, provi li jsostnu l-eżistenza ta’ tali impediment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.