+Artikolu 29 'Sistemi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 2a.
---+Artikolu 29 3.

Artikolu 29 'Sistemi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.

Kull Stat Membr għandu jiżgura li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji ►C1  tal-awditjar ◄ kollha jkunu suġġetti għal sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità li tilħaq ta' l-inqas il-kriterji li ġejjin:

▼M3

(a) 

is-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tkun organizzata b'tali mod li tkun indipendenti mill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar analizzati u tkun soġġetta għal sorveljanza pubblika;

▼B

(b) 

il-finanzjament tas-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandu jkun protett u liberu minn kwalunkwe influenza indebita eventwalment possibbli mill-awdituri statutorji jew mill-kumpanniji ►C1  tal-awditjar ◄ ;

(ċ) 

is-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandha jkollha riżorsi adegwati;

▼M4

(d) 

il-persuni li jwettqu r-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità għandu jkollhom edukazzjoni professjonali adegwata u esperjenza rilevanti fl-awditorija statutorja u fir-rapportar finanzjarju u, fejn applikabbli, fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jew f’servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà, flimkien ma’ taħriġ speċifiku dwar ir-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità;

▼B

(e) 

l-għażla tar-reviżuri għal kompiti speċifiċi ta' reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità għandha sseħħ skond proċedura oġġettiva mfassla sabiex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interessi bejn ir-reviżuri u l-awditur statutorju jew il-kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ suġġetti għar-reviżjoni;

▼M4

(f) 

il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rieżami tal-aċċertament tal-kwalità, appoġġat minn ittestjar adegwat ►C3  tal-fajl tal-awditjar ◄ magħżula u, fejn applikabbli, tal-fajls tal-aċċertament, għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mal-istandards tal-verifika u r-rekwiżiti tal-indipendenza applikabbli u, fejn applikabbli, l-istandards tal-aċċertament u valutazzjoni tal-kwantità u l-kwalità tar-riżorsi minfuqa, tal-onorarji tal-awditjaru l-onorarji mitlubin għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u tas-sistema interna tal-kontroll tal-kwalità tad-ditta tal-awditjar;

▼B

(g) 

ir-reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tkun is-suġġett ta' rapport li jkun fih il-konklużjonijiet prinċipali tar-reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità;

▼M4

(h) 

ir-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità għandhom isiru fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju u, fil-każ ta’ awdituri statutorji u ta’ ditti tal-awditjar li jwettqu ►C3  awditjar statutorju ◄ kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Artikolu 2 u, fejn applikabbli, li jwettqu aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, tal-anqas kull sitt snin;

▼B

(i) 

ir-riżultati ġenerali tas-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu pubblikati kull sena;

(j) 

ir-rakkomandazzjonijiet tar-reviżjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu applikati mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ fi żmien raġonevoli;

▼M3

(k) 

ir-rieżamijiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu adatti u proporzjonati fir-rigward tal-iskala u l-kumplessità tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar rieżaminati.

▼B

Fil-każ li r-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-punt (j) ma jiġux applikati, l-awditur statutorju jew il-kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ għandhom, jekk dan ikun applikabbli, ikunu suġġetti għas-sistema ta' azzjonijiet dixxiplinari jew ta' pieni skond l-Artikolu 30.

Artikolu 29 2.

Għall-fini tal-punt (e) tal-paragrafu 1, għall-inqas il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw għall-għażla tal-eżaminaturi:

▼M4

(a) 

ir-rieżaminaturi għandu jkollhom edukazzjoni professjonali adegwata u esperjenza rilevanti fl-awditorija statutorja u fir-rapportar finanzjarju u, fejn applikabbli, fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jew f’servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà, flimkien ma’ taħriġ speċifiku dwar ir-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità;

▼M3

(b) 

persuna ma titħalliex taġixxi bħala reviżur f'rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar sakemm ikunu għaddew mill-inqas tliet snin minn meta dik il-persuna waqfet tkun sħab jew impjegata ta', jew assoċjata mod ieħor ma', dak l-awditur statutorju jew dik id-ditta tal-awditjar;

(c) 

l-eżaminaturi għandhom jiddikjaraw li ma hemm l-ebda konflitt ta' interess bejniethom u bejn l-awditur statutorju u d-ditta tal-awditjar li jkunu ser jiġu rieżaminati.

Artikolu 29 2a.
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw persuni li jwettqu rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità relatati mal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mir-rekwiżit li jkollhom esperjenza rilevanti fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jew f’servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà.
Artikolu 29 3.
Għall-fini tal-punt (k) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu rieżamijiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità tal-awditi statutorji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati ta' impriżi ta' daqs medju u żgħar, jieħdu kont tal-fatt li l-istandards tal-awditi adottati f'konformità mal-Artikolu 26 jkunu mfassla b'mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-entità awditjata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.