|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.Kull Stat Membr għandu jiżgura li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji ►C1 tal-awditjar ◄ kollha jkunu suġġetti għal sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità li tilħaq ta' l-inqas il-kriterji li ġejjin:
(a)
is-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tkun organizzata b'tali mod li tkun indipendenti mill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar analizzati u tkun soġġetta għal sorveljanza pubblika;
(b)
il-finanzjament tas-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandu jkun protett u liberu minn kwalunkwe influenza indebita eventwalment possibbli mill-awdituri statutorji jew mill-kumpanniji ►C1 tal-awditjar ◄ ;
(ċ)
is-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandha jkollha riżorsi adegwati;
(d)
il-persuni li jwettqu r-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità għandu jkollhom edukazzjoni professjonali adegwata u esperjenza rilevanti fl-awditorija statutorja u fir-rapportar finanzjarju u, fejn applikabbli, fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jew f’servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà, flimkien ma’ taħriġ speċifiku dwar ir-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità;
(e)
l-għażla tar-reviżuri għal kompiti speċifiċi ta' reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità għandha sseħħ skond proċedura oġġettiva mfassla sabiex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interessi bejn ir-reviżuri u l-awditur statutorju jew il-kumpannija ►C1 tal-awditjar ◄ suġġetti għar-reviżjoni;
(f)
il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rieżami tal-aċċertament tal-kwalità, appoġġat minn ittestjar adegwat ►C3 tal-fajl tal-awditjar ◄ magħżula u, fejn applikabbli, tal-fajls tal-aċċertament, għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mal-istandards tal-verifika u r-rekwiżiti tal-indipendenza applikabbli u, fejn applikabbli, l-istandards tal-aċċertament u valutazzjoni tal-kwantità u l-kwalità tar-riżorsi minfuqa, tal-onorarji tal-awditjaru l-onorarji mitlubin għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u tas-sistema interna tal-kontroll tal-kwalità tad-ditta tal-awditjar;
(g)
ir-reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tkun is-suġġett ta' rapport li jkun fih il-konklużjonijiet prinċipali tar-reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità;
(h)
ir-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità għandhom isiru fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju u, fil-każ ta’ awdituri statutorji u ta’ ditti tal-awditjar li jwettqu ►C3 awditjar statutorju ◄ kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Artikolu 2 u, fejn applikabbli, li jwettqu aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, tal-anqas kull sitt snin;
(i)
ir-riżultati ġenerali tas-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu pubblikati kull sena;
(j)
ir-rakkomandazzjonijiet tar-reviżjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu applikati mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija ►C1 tal-awditjar ◄ fi żmien raġonevoli;
(k)
ir-rieżamijiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu adatti u proporzjonati fir-rigward tal-iskala u l-kumplessità tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar rieżaminati. Fil-każ li r-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-punt (j) ma jiġux applikati, l-awditur statutorju jew il-kumpannija ►C1 tal-awditjar ◄ għandhom, jekk dan ikun applikabbli, ikunu suġġetti għas-sistema ta' azzjonijiet dixxiplinari jew ta' pieni skond l-Artikolu 30. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|