+Artikolu 34 'Konoxxenza reċiproka ta' arranġamenti regolatorji bejn l-Istati Membri
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
|
Artikolu 34 'Konoxxenza reċiproka ta' arranġamenti regolatorji bejn l-Istati Membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
L-arranġamenti regolatorji ta' l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tar-regolament skond is-sistema ta' regoli domestiċi u tas-sorveljanza mill-Istat Membru fejn l-awditur statutorju jew il-kumpannija
►C1
tal-awditjar ◄ jkunu approvati u fejn l-entità li tagħha ssir
►C1
il-awditjar ◄ tal-kontijiet ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-awditjar approvati fi Stat Membru wieħed biex iwettqu servizzi ta' awditjar fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 3a għandhom ikunu soġġetti għal rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità fl-Istat Membru domiċiljari u s-sorveljanza fl-Istat Membru ospitanti ta' kwalunkwe awditjar li twettaq hemmhekk.
|
|
Artikolu 34 2.
|
Fil-każ ta' awditu statutorju ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, l-Istat Membru li jeħtieġ dak l-awditu statutorju ma jistax jimponix rekwiżiti addizzjonali marbuta mal-awditu statutorju fir-rigward tar-reġistrazzjoni, ir-rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità, l-istandards tal-awditjar, l-etika professjonali u l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li twettaq awditu statutorju ta' sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 34 3.
|
Fil-każ ta' kumpannija li t-titoli tagħha huma nnegozjati f'suq regolat fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih l-kumpannija għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, l-Istat Membru li fih huma nnegozjati t-titoli jista' ma jimponi l-ebda rekwiżit addizzjonali marbut mal-awditu statutorju fir-rigward tar-reġistrazzjoni, ir-rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità, l-istandards tal-awditjar, l-etika professjonali u l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettaq l-awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati ta' dik il-kumpannija.
|
|
Artikolu 34 4.
|
Fejn awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tkun irreġistrata fi kwalunkwe Stat Membru b'konsegwenza tal-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 44 u dak l-awditur statutorju jew dik id-ditta tal-awditjar tipprovdi rapporti tal-awditjar dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 45(1), l-Istati Membru li fih l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tkun irreġistrata għandu jissoġġetta lil dak l-awditur statutorju jew dik id-ditta tal-awditjar għas-sistemi tiegħu ta' sorveljanza, is-sistemi tiegħu ta' assigurazzjoni tal-kwalità u s-sistemi tiegħu ta' investigazzjoni u sanzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|