L-arranġamenti regolatorji ta' l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tar-regolament skond is-sistema ta' regoli domestiċi u tas-sorveljanza mill-Istat Membru fejn l-awditur statutorju jew il-kumpannija
►C1
tal-awditjar
◄ jkunu approvati u fejn l-entità li tagħha ssir
►C1
il-awditjar
◄ tal-kontijiet ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-awditjar approvati fi Stat Membru wieħed biex iwettqu servizzi ta' awditjar fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 3a għandhom ikunu soġġetti għal rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità fl-Istat Membru domiċiljari u s-sorveljanza fl-Istat Membru ospitanti ta' kwalunkwe awditjar li twettaq hemmhekk.