+Artikolu 36 'Segretezza professjonali u koperazzjoni regolatorja bejn l-Istati Membri
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 4a.
---+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 36 6.
|
Artikolu 36 'Segretezza professjonali u koperazzjoni regolatorja bejn l-Istati Membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli mill-approvazzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-ispezzjoni u d-dixxiplina, l-awtoritajiet kompetenti maħturin f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti għandhom jikkooperaw ma' xulxin kull meta jinħtieġ għall-fini tat-twettiq tar-responsabbiltajiet u l-kompiti rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 537/2014. L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru għandhom jagħtu l-għajnuna lil awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra u lill-Awtoritajiet ta' Superviżjoni Ewropej rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni u jikkooperaw f'investigazzjonijiet marbuta mat-twettiq ta' awditi statutorji.
|
|
Artikolu 36 2.
|
L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jkunu impjegati jew li kienu impjegati ma' l-awtoritajiet kompetenti. L-informazzjoni koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra ħlief skond il-liġijiet, regolamenti jew proċeduri amministrattivi ta' Stat Membru.
|
|
Artikolu 36 3.
|
Il-paragrafu 2 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali. Għaldaqstant l-informazzjoni skambjata tkun koperta mill-obbligu ta' segretezza professjonali, li għaliha huma soġġetti l-persuni impjegati jew dawk li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna oħra li lilha jkunu ġew iddelegati kompiti mill-awtoritajiet kompetenti marbuta mal-finijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 36 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta tkun mitluba, u mingħajr dewmien eċċessiv, jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1. Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu tali talba għandhom, mingħajr dewmien eċċessiv, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa. L-informazzjoni hekk provduta għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali li għalih ikunu suġġetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati qabel mill-awtoritajiet kompetenti li rċevew l-informazzjoni. F'każ li l-awtorità kompetenti li tintalab tagħti l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx tista' tipprovdiha mingħajr dewmien eċċessiv hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan lill-awtorità kompetenti li titlob l-informazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jipproċedu fuq talba għal informazzjoni fejn:
(a)
l-għoti ta' informazzjoni jista' jolqot ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' l-Istat rikjest jew tikser ir-regoli ta' sigurtà nazzjonali; jew
(b)
jkunu diġà nfetħu proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru mitlub; jew
(c)
tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjonijiet u l-istess persuni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mitlub.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li għalihom huma soġġetti fil-proċeduri ġudizzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jew l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 jistgħu jużawha biss għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u fil-kuntest ta' proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji marbuta b'mod speċifiku mal-eżerċizzju ta' dawk il-funzjonijiet.
|
|
Artikolu 36 4a.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil awtoritajiet kompetenti jittrasmettu lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' entitajiet ta' interess pubbliku, banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, informazzjoni konfidenzjali intenzjonata għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Tali awtoritajiet jew korpi ma għandhomx jinżammu milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinħtieġu sabiex iwettqu d-doveri tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 537/2014
|
|
Artikolu 36 5.
|
Fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu attivitajiet li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, hija għandha tinnotifika dik il-konklużjoni bl-iktar mod speċifiku possibbli lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor għandha tieħu l-azzjoni xierqa. Hija għandha tinforma bir-riżultat lill-awtorità kompetenti li ressqet in-notifika u, sa fejn ikun possibbli, bl-iżviluppi interim sinifikattivi.
|
|
Artikolu 36 6.
|
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob ukoll li titwettaq investigazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, fit-territorju ta' dan ta' l-aħħar. Hija tista' titlob ukoll li membri mill-persunal tagħha jitħallew jakkumpanjaw il-persunal ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor matul l-investigazzjoni. L-investigazzjoni għandha tkun suġġetta, matul it-twettiq kollu tagħha, għall-kontroll ġenerali ta' l-Istat Membru li fih tkun qiegħda sseħħ. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jipproċedu fuq talba sabiex issir investigazzjoni kif previst fl-ewwel subparagrafu, jew fuq talba sabiex il-persunal tagħhom ikunu akkumpanjati minn persunal ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, kif previst fit-tieni subparagrafu, fejn:
(a)
tali investigazzjoni tista' taffettwa b'mod negattiv is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru mitlub l-informazzjoni jew tikser ir-regoli ta' sigurtà nazzjonali; jew
(b)
ikunu diġà nbdew proċeduri ġudizzjarji fir-rigward ta' l-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru rikjest; jew
(ċ)
ikun diġà ngħata ġudizzju finali fir-rigward ta' tali persuni għall-istess azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru rikjest.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|