|
+Artikolu 36 4. |
Artikolu 36 4.L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta tkun mitluba, u mingħajr dewmien eċċessiv, jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1. Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu tali talba għandhom, mingħajr dewmien eċċessiv, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa. L-informazzjoni hekk provduta għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali li għalih ikunu suġġetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati qabel mill-awtoritajiet kompetenti li rċevew l-informazzjoni. F'każ li l-awtorità kompetenti li tintalab tagħti l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx tista' tipprovdiha mingħajr dewmien eċċessiv hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan lill-awtorità kompetenti li titlob l-informazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jipproċedu fuq talba għal informazzjoni fejn:
(a)
l-għoti ta' informazzjoni jista' jolqot ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' l-Istat rikjest jew tikser ir-regoli ta' sigurtà nazzjonali; jew
(b)
jkunu diġà nfetħu proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru mitlub; jew
(c)
tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjonijiet u l-istess persuni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mitlub. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li għalihom huma soġġetti fil-proċeduri ġudizzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jew l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 jistgħu jużawha biss għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u fil-kuntest ta' proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji marbuta b'mod speċifiku mal-eżerċizzju ta' dawk il-funzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|