+Artikolu 38 'It-tneħħija u r-riżenja ta' awdituri statutorji jew ta' kumpanniji►C1tal-awditjar◄
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
|
Artikolu 38 'It-tneħħija u r-riżenja ta' awdituri statutorji jew ta' kumpanniji►C1tal-awditjar◄
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awdituri jkunu jistgħu jitneħħew biss fejn ikun hemm raġunijiet xierqa. Id-diverġenza tal-opinjonijiet dwar it-trattamenti kontabilistiċi, il-proċeduri tal-awditjar jew fejn applikabbli dwar il-proċeduri ta’ rapportar jew ta’ aċċertament dwar is-sostenibbiltà ma għandhiex tkun raġuni xierqa għat-tkeċċija.
|
|
Artikolu 38 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpannija suġġetta
►C1
għall-awditjar ◄ kif ukoll l-awditur statutorju jew il-kumpannija
►C1
tal-awditjar ◄ jinfurmaw l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza pubblika dwar it-tneħħija jew ir-riżenja waqt iż-żmien tal-ħatra u jagħtu spjegazzjoni xierqa tar-raġunijiet għal dan. L-obbligu li tingħata informazzjoni previst fl-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
|
|
Artikolu 38 3.
|
F'każ tal-awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku, għandu jkun permissibbli għal
(a)
l-azzjonisti, li jirrappreżentaw 5 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital azzjonarju,
(b)
il-korpi l-oħra tal-entitajiet awditjati meta ddefiniti mil-leġislazzjoni nazzjonali, jew
(c)
l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 ta' din id-Direttiva jew maħturin f'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew, meta previst mil-liġi nazzjonali, mal-Artikolu 20(2), tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.
li jressqu kawża quddiem qorti nazzjonali għat-tkeċċija tal-awdituri statutorji jew tal-ditti tal-awditjar fejn ikun hemm raġunijiet tajba biex jagħmlu dan.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|