|
+Artikolu 45 1. |
Artikolu 45 1.L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom, f’konformità mal-Artikoli 15, 16 u 17 ta’ din id-Direttiva, jirreġistraw lil kull awditur u entità tal-awditjar minn pajjiż terz, fejn dak l-awditur jew dik l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz tipprovdi rapport tal-awditjar li jikkonċerna d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew kkonsolidati, jew, fejn applikabbli, rapport tal-aċċertament li jikkonċerna r-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali jew kkonsolidat ta’ impriża inkorporata barra l-Unjoni li t-titoli trasferibbli tagħha jkunu ammessi għan-negozjar f’suq regolat ta’ dak l-Istat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) minbarra meta l-impriża inkwistjoni tkun esklużivament emittent ta’ titoli ta’ dejn pendenti li għalihom tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
tali titoli jkunu ġew ammessi għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 u d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità, fid-data tal-ħruġ, tkun tal-inqas EUR 50 000 jew, f’każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra, ekwivalenti, fid-data tal-ħruġ, għal tal-inqas EUR 50 000 .
(b)
tali titoli jkunu ammessi għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE mill-31 ta’ Diċembru 2010 u d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità, fid-data tal-ħruġ, tkun tal-inqas EUR 100 000 jew, f’każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra, ekwivalenti, fid-data tal-ħruġ, għal tal-inqas EUR 100 000 . 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|