+Artikolu 45 'Reġistrazzjoni u sorveljanza ta' awdituri u entitajiet►C1tal-awditjar◄minn pajjiżi terzi
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 5a.
---+Artikolu 45 5b.
---+Artikolu 45 6.

Artikolu 45 'Reġistrazzjoni u sorveljanza ta' awdituri u entitajiet►C1tal-awditjar◄minn pajjiżi terzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom, f’konformità mal-Artikoli 15, 16 u 17 ta’ din id-Direttiva, jirreġistraw lil kull awditur u entità tal-awditjar minn pajjiż terz, fejn dak l-awditur jew dik l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz tipprovdi rapport tal-awditjar li jikkonċerna d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew kkonsolidati, jew, fejn applikabbli, rapport tal-aċċertament li jikkonċerna r-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali jew kkonsolidat ta’ impriża inkorporata barra l-Unjoni li t-titoli trasferibbli tagħha jkunu ammessi għan-negozjar f’suq regolat ta’ dak l-Istat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) minbarra meta l-impriża inkwistjoni tkun esklużivament emittent ta’ titoli ta’ dejn pendenti li għalihom tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

tali titoli jkunu ġew ammessi għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 u d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità, fid-data tal-ħruġ, tkun tal-inqas EUR 50 000 jew, f’każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra, ekwivalenti, fid-data tal-ħruġ, għal tal-inqas EUR 50 000 .

(b) 

tali titoli jkunu ammessi għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE mill-31 ta’ Diċembru 2010 u d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità, fid-data tal-ħruġ, tkun tal-inqas EUR 100 000 jew, f’każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra, ekwivalenti, fid-data tal-ħruġ, għal tal-inqas EUR 100 000 .

Artikolu 45 2.
Għandhom japplikaw l-Artikoli 18 u 19.
Artikolu 45 3.
L-Istati Membri għandhom iżommu l-entitajiet ►C1  tal-awditjar ◄ u l-awdituri, minn pajjiżi terzi, reġistrati taħt is-sistema ta' sorveljanza tagħhom, is-sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità tagħhom u s-sistema ta' investigazzjonijiet u pieni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw awdituri u entitajiet ►C1  tal-awditjar ◄ , minn pajjiżi terzi, reġistrati milli jkunu suġġetti għas-sistema ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità tagħhom jekk sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz, ġudikata bħala ekwivalenti skond l-Artikolu 46, tkun diġà wettqet eżami tal-kwalità ta' l-awditur jew ta' l-entità ►C1  tal-awditjar ◄ mill-pajjiż terz matul l-aħħar tliet snin.
Artikolu 45 4.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46, ir-rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew il-kontijiet kkonsolidati jew, fejn applikabbli, ir-rapporti ta’ aċċertament dwar ir-rapportar annwali jew kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu maħruġa minn awdituri jew entitajiet tal-awditjar ta’ pajjiżi terzi li mhumiex irreġistrati fl-Istat Membru ma għandu jkollhom l-ebda effett legali f’dak l-Istat Membru.
Artikolu 45 5.

Stat Membru jista’ jirreġistra entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz għall-fini tal-awditjar tar-rapporti finanzjarji biss jekk:

(a) 

il-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni tal-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz tissodisfa rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(b) 

l-awditur ta’ pajjiż terz li jwettaq l-awditjar f’isem l-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(c) 

il-verifiki tad-dikjarazzjonietfinanzjarji annwali jew kkonsolidati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jitwettqu f’konformità ma’ standards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 26, kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22, 22b u 25, jew ma’ standards u rekwiżiti ekwivalenti;

(d) 

l-entità tal-awditjar ta’ pajji terz tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha rapport annwali ta’ trasparenza li jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew tikkonforma ma’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ekwivalenti.

Stat Membru jista’ biss jirreġistra entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz għal finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jekk:

(a) 

il-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni tal-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz tissodisfa rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu;

(b) 

l-awditur ta’ pajjiż terz li jwettaq l- aċċertament f’isem l-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10;

(c) 

l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali jew kkonsolidat imsemmi fil-paragrafu 1 titwettaq f’konformità mal-istandards ta’ aċċertament imsemmija fl-Artikolu 26a, kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22, 22b, 25 u 25b, jew ma’ standards u rekwiżiti ekwivalenti;

(d) 

l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha rapport annwali ta’ trasparenza li jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew tikkonforma ma’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ekwivalenti.

Artikolu 45 5a.
Stat Membru jista’ biss jirreġistra awditur ta’ pajjiż terz għal finijiet ta’ awditjar ta’ rapporti finanzjarji jekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Stat Membru jista’ biss jirreġistra awditur ta’ pajjiż terz għal finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 45 5b.

L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-paragrafi 1 sa 5a fir-rigward tar-rapporti ta’ aċċertament dwar ir-rapportar annwali jew konsolidat dwar is-sostenibbiltà, maħruġa għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2030, f’każijiet fejn l-awditur jew l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz ikkonċernati jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru b’dan li ġej:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-awditur jew tal-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz ikkonċernati u l-informazzjoni dwar l-istruttura legali tagħhom;

(b) 

id-dikjarazzjoni li l-awditur ta’ pajjiż terz li jiffirma r-rapport ta’ aċċertament kiseb għarfien fil-qasam tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-aċċertament tiegħu u l-informazzjoni dwar il-livell ta’ tali għarfien;

(c) 

f’każ li l-awditur jew l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz ikunu jagħmlu parti minn xi network, deskrizzjoni ta’ dak in-network;

(d) 

l-istandards ta’ aċċertament u r-rekwiżiti relatati mal-indipendenza li ġew applikati għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonċernat;

(e) 

deskrizzjoni tas-sistema interna ta’ kontroll tal-kwalità tal-entità awditjar ta’ pajjiż terz li tkopri l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà; u

(f) 

indikazzjoni ta’ jekk u meta twettqet l-aħħar reviżjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-awditur jew tal-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz għall-inkarigi ta’ aċċertament tas-sostenibbiltà u l-informazzjoni meħtieġa dwar l-eżitu ta’ dik ir-reviżjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità.

Malli jirċievu l-informazzjoni elenkata fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jirreġistraw l-awditur jew l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz ikkonċernati għall-finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u jagħmluha ċara li r-reġistrazzjoni saret skont r-reġim ta’ reġistrazzjoni tranżitorju stabbilit fl-ewwel subparagrafu. Jekk xi informazzjoni elenkata fl-ewwel subparagrafu ma tiġix ipprovduta mill-awditur jew l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz ikkonċernati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ma għandhomx jirreġistraw lil dak l-awditur jew lil dik l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz.

Artikolu 45 6.
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 u l-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tiddeċiedi dwar l-ekwivalenza msemmija fih permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw l-ekwivalenza msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 u l-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu dment li l-Kummissjoni ma tkunx ħadet tali deċiżjoni.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48a biex tissupplimenta din id-Direttiva b’tali mod li tistabbilixxi l-kriterji ta’ ekwivalenza ġenerali li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni ta’ jekk il-verifiki tar-rapporti finanzjarji u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jitwettqux f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar kif definiti fl-Artikolu 26 u mal-istandards ta’ aċċertament għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 26a, rispettivament, u mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 22, 24 u 25. Tali kriterji, li jkunu applikabbli għall-pajjiżi terzi kollha, għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jkunu qed jivvalutaw l-ekwivalenza fil-livell nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.