L-Istati Membri għandhom iżommu l-entitajiet
►C1
tal-awditjar
◄ u l-awdituri, minn pajjiżi terzi, reġistrati taħt is-sistema ta' sorveljanza tagħhom, is-sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità tagħhom u s-sistema ta' investigazzjonijiet u pieni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw awdituri u entitajiet
►C1
tal-awditjar
◄ , minn pajjiżi terzi, reġistrati milli jkunu suġġetti għas-sistema ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità tagħhom jekk sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz, ġudikata bħala ekwivalenti skond l-Artikolu 46, tkun diġà wettqet eżami tal-kwalità ta' l-awditur jew ta' l-entità
►C1
tal-awditjar
◄ mill-pajjiż terz matul l-aħħar tliet snin.