|
+Artikolu 45 5. |
Artikolu 45 5.Stat Membru jista’ jirreġistra entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz għall-fini tal-awditjar tar-rapporti finanzjarji biss jekk:
(a)
il-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni tal-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz tissodisfa rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
(b)
l-awditur ta’ pajjiż terz li jwettaq l-awditjar f’isem l-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);
(c)
il-verifiki tad-dikjarazzjonietfinanzjarji annwali jew kkonsolidati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jitwettqu f’konformità ma’ standards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 26, kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22, 22b u 25, jew ma’ standards u rekwiżiti ekwivalenti;
(d)
l-entità tal-awditjar ta’ pajji terz tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha rapport annwali ta’ trasparenza li jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew tikkonforma ma’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ekwivalenti. Stat Membru jista’ biss jirreġistra entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz għal finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jekk:
(a)
il-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni tal-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz tissodisfa rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu;
(b)
l-awditur ta’ pajjiż terz li jwettaq l- aċċertament f’isem l-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10;
(c)
l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali jew kkonsolidat imsemmi fil-paragrafu 1 titwettaq f’konformità mal-istandards ta’ aċċertament imsemmija fl-Artikolu 26a, kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22, 22b, 25 u 25b, jew ma’ standards u rekwiżiti ekwivalenti;
(d)
l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha rapport annwali ta’ trasparenza li jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew tikkonforma ma’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ekwivalenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|