+Artikolu 47 'Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi terzi
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
---+Artikolu 47 6.
|
Artikolu 47 'Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz ta' dokumenti ta' ħidma ta' awditjar jew ta' dokumenti oħra li jkunu f'idejn l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar bl-approvazzjoni tagħhom, u dikjarazzjonijiet ta' spezzjoni jew ta' investigazzjonijiet marbuta mal-awditi inkwistjoni dment li:
(a)
dawk id-dokumenti ta' ħidma ta' awditjar jew dokumenti oħra marbuta ma' awditi ta' kumpanniji li ħarġu titoli f'dak il-pajjiż terz jew li jifformaw parti minn grupp li joħroġ dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji konsolidati f'dak il-pajjiż terz;
▼B
(b)
it-trasferiment iseħħ permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz u fuq talba tagħhom;
(ċ)
l-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz konċernat jissodisfaw ir-rekwiżiti li jkunu ġew dikjarati adegwati skond il-paragrafu 3;
(d)
ikun hemm arranġamenti tax-xogħol fuq il-bażi ta' reċiproċità miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati;
(e)
it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz tkun konformi mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE.
|
|
Artikolu 47 2.
|
L-arranġamenti tax-xogħol imsemmija fil-paragrafu 1 punt (d) għandhom jiżguraw li:
(a)
tingħata ġustifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-iskop tat-talba għall-karti tax-xogħol
►C1
tal-awditjar ◄ u għal dokumenti oħrajn;
(b)
il-persuni impjegati jew li kienu impjegati qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li jirċievu informazzjoni ikunu suġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali;
▼M3
(ba)
il-protezzjoni tal-interess kummerċjali tal-entità awditjata, inkluża l-propjetà industrijali u intellettwali tagħha ma tixxekkilx;
▼B
(ċ)
l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikunu jistgħu jużaw karti tax-xogħol
►C1
tal-awditjar ◄ u dokumenti oħra biss għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom tas-sorveljanza pubblika, ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-investigazzjonijiet li jissodisfaw rekwiżiti ekwivalenti għal dawk fl-Artikoli 29, 30 u 32;
(d)
it-talba minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz għall-karti tax-xogħol tal-
►C1
tal-awditjar ◄ jew dokumenti oħra miżmuma mill-awditur statutorju jew kumpannija
►C1
tal-awditjar ◄ tista' tiġi rifjutata:
—
fejn l-għoti ta' dawk il-karti jew dokumenti tax-xogħol jolqtu ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Komunità jew l-Istat Membru rikjest, jew
▼M3
—
fejn ikunu diġà nbdew proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru mitlub,
—
fejn tkun diġà nqatgħet sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjonijiet u dwar l-istess awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mitlub.
|
|
Artikolu 47 3.
|
Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tiddeċiedi dwar l-adegwatezza msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a bil-għan li tistabbilixxi kriterji ta' adegwatezza ġenerali li f'konformità magħhom l-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala adatti sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-iskambju ta' dokumenti tal-ħidma tal-awditjar u dokumenti oħra f'idejn awdituri statutorji u ditta tal-awditjar. Il-kriterji ġenerali ta' adegwatezza għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti tal-Artikolu 36 jew fuq riżultati funzjonali essenzjalment ekwivalenti relatati ma' skambju dirett ta' dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew dokumenti oħra f'idejn awdituri statutorji jew ditta tal-awditjar.
|
|
Artikolu 47 4.
|
F'każijiet eċċezjonali u b'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-awdituri statutorji u l-kumpanniji
►C1
tal-awditjar ◄ approvati minnhom li jittrasferixxu l-karti tax-xogħol
►C1
tal-awditjar ◄ u dokumenti oħra direttament lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz, sakemm:
(a)
ikunu nbdew investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti f'dak il-pajjiż terz;
(b)
it-trasferiment ma jkunx f'konflitt ma' l-obbligi li magħhom l-awdituri statutorji u l-kumpanniji
►C1
tal-awditjar ◄ għandhom jikkonformaw fir-rigward tat-trasferiment tal-karti tax-xogħol
►C1
tal-awditjar ◄ u ta' dokumenti oħra lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tagħhom;
(ċ)
ikun hemm arranġamenti tax-xogħol ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru aċċess dirett u reċiproku għall-karti tax-xogħol
►C1
tal-awditjar ◄ u għal dokumenti oħra tal-kumpanniji
►C1
tal-awditjar ◄ ta' dak il-pajjiż terz;
(d)
l-awtorità kompetenti rikjedenti tal-pajjiż terz tavża bil-quddiem l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija
►C1
tal-awditjar ◄ b'kull talba diretta għall-informazzjoni, u tindika r-raġunijiet għaliha;
(e)
ikunu rispettati l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 47 6.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-arranġamenti tax-xogħol imsemmija fil-paragrafi 1 u 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|