|
+Artikolu 47 1. |
Artikolu 47 1.L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz ta' dokumenti ta' ħidma ta' awditjar jew ta' dokumenti oħra li jkunu f'idejn l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar bl-approvazzjoni tagħhom, u dikjarazzjonijiet ta' spezzjoni jew ta' investigazzjonijiet marbuta mal-awditi inkwistjoni dment li:
(a)
dawk id-dokumenti ta' ħidma ta' awditjar jew dokumenti oħra marbuta ma' awditi ta' kumpanniji li ħarġu titoli f'dak il-pajjiż terz jew li jifformaw parti minn grupp li joħroġ dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji konsolidati f'dak il-pajjiż terz;
(b)
it-trasferiment iseħħ permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz u fuq talba tagħhom;
(ċ)
l-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz konċernat jissodisfaw ir-rekwiżiti li jkunu ġew dikjarati adegwati skond il-paragrafu 3;
(d)
ikun hemm arranġamenti tax-xogħol fuq il-bażi ta' reċiproċità miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati;
(e)
it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz tkun konformi mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|