|
+Artikolu 30 7. |
Artikolu 30 7.Is-CEAOB għandu:
(a)
jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni, il-kompetenzi u l-aħjar prattiki għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2006/43/KE;
(b)
jipprovdi parir espert kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2006/43/KE;
(c)
jagħti kontribut għall-valutazzjoni teknika ta' sistemi ta' sorveljanza pubblika ta' pajjiżi terzi u għall-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi f'dak il-qasam imsemmi fl-Artikolu 46(2) u 47(3) tad-Direttiva 2006/43/KE;
(d)
jagħti kontribut għall-eżami tekniku ta' standards internazzjonali tal-awditjar, inkluż il-proċessi għall-elaborazzjoni tagħhom, bil-ħsieb li jiġu adottati fil-livell tal-Unjoni;
(e)
jagħti kontribut għat-titjib tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tal-awdituri statutorji, ditti tal-awditjar ta' entitajiet ta' interess pubbliku jew in-netwerks li jappartjenu għalihom;
(f)
iwettqu kompiti oħra ta' koordinazzjoni fil-każijiet previsti f'dan ir-Regolament jew fid-Direttiva 2006/43/KE; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|