+Artikolu 30 Stabbiliment tal-CEAOB
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.
---+Artikolu 30 9.
---+Artikolu 30 10.
---+Artikolu 30 11.
---+Artikolu 30 12.
---+Artikolu 30 13.
---+Artikolu 30 14.
---+Artikolu 30 15.
---+Artikolu 30 16.
---+Artikolu 30 17.
---+Artikolu 30 18.
|
Artikolu 30 Stabbiliment tal-CEAOB
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-organizzazzjoni tas-sorveljanza nazzjonali tal-awditjar, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandha tiġi organizzata fil-qafas tas-CEAOB.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Is-CEAOB għandu jkun magħmul minn membru wieħed minn kull Stat Membru li għandu jkun rappreżentant għoli mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, u membru wieħed maħtur mill-ESMA, minn hawn 'il quddiem jissejħu “membri”.
|
|
Artikolu 30 3.
|
L-EBA u l-EIOPA għandhom jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat tas-CEAOB bħala osservaturi.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Is-CEAOB għandu jiltaqa' f'intervalli regolari u, fejn meħtieġ, fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru.
|
|
Artikolu 30 5.
|
Kull membru tas-CEAOB għandu jkollu vot wieħed, għajr il-membru maħtur mill-ESMA, li ma għandu jkollu ebda dritt tal-vot. Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, id-deċiżjonijiet tas-CEAOB għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.
|
|
Artikolu 30 6.
|
Il-President tas-CEAOB għandu jiġi elett minn lista ta' applikanti li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti imsemmija fl-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, jew jitneħħa, f'kull każ b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri minn. Il-President għandu jiġi elett għal mandat ta' erba' snin. Il-President ma jistax iservi mandati konsekuttivi fl-istess pożizzjoni, iżda jista' jerġa' jiġi elett wara perijodu ta' erba' snin barra mill-kariga. Il-Viċi President għandu jinħatar jew jitneħħa mill-Kummissjoni. Il-President u l-Viċi President ma għandux ikollhom dritt tal-vot. Fil-każ li l-President jirriżenja jew jitneħħa qabel tmiem il-mandat, il-Viċi President għandu jaġixxi bħala President sakemm issir il-laqgħa li jkun imiss tas-CEAOB, li għandha taħtar President għall-kumplament tal-mandat.
|
|
Artikolu 30 7.
|
Is-CEAOB għandu:
(a)
jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni, il-kompetenzi u l-aħjar prattiki għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2006/43/KE;
(b)
jipprovdi parir espert kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2006/43/KE;
(c)
jagħti kontribut għall-valutazzjoni teknika ta' sistemi ta' sorveljanza pubblika ta' pajjiżi terzi u għall-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi f'dak il-qasam imsemmi fl-Artikolu 46(2) u 47(3) tad-Direttiva 2006/43/KE;
(d)
jagħti kontribut għall-eżami tekniku ta' standards internazzjonali tal-awditjar, inkluż il-proċessi għall-elaborazzjoni tagħhom, bil-ħsieb li jiġu adottati fil-livell tal-Unjoni;
(e)
jagħti kontribut għat-titjib tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tal-awdituri statutorji, ditti tal-awditjar ta' entitajiet ta' interess pubbliku jew in-netwerks li jappartjenu għalihom;
(f)
iwettqu kompiti oħra ta' koordinazzjoni fil-każijiet previsti f'dan ir-Regolament jew fid-Direttiva 2006/43/KE;
|
|
Artikolu 30 8.
|
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 7, is-CEAOB għandu jitlob l-assistenza mill-ESMA, l-EBA jew l-EIOPA sa fejn it-talba tiegħu tkun relatata mal-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku li jkunu taħt is-superviżjoni ta' dawn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Fejn tintalab tali assistenza, l-ESMA, l-EBA jew l-EIOPA għandhom jassistu lis-CEAOB fil-kompitu tiegħu.
|
|
Artikolu 30 9.
|
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, is-CEAOB jista' jadotta linji gwida jew opinjonijiet mhux vinkolanti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-linji gwida u l-opinjonijiet adottati mis-CEAOB.
|
|
Artikolu 30 10.
|
Is-CEAOB għandu jassumu l-kompiti kollha eżistenti u pendenti, skont il-każ, tal-Grupp Ewropew ta' Korpi ta' Sorveljanza tal-Awditjar (EGAOB — European Group of Audit Oversight Bodies) maħluq bid-Deċiżjoni 2005/909/KE.
|
|
Artikolu 30 11.
|
Is-CEAOB jista' jistabbilixxi sottogruppi fuq bażi permanenti jew ad hoc biex jeżamina l-kwistjonijiet speċifiċi taħt it-termini ta' referenza stabbiliti minnu. Il-parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet tas-sottogrupp tista' tiġi estiża għall-awtoritajiet kompetenti mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem tissejjaħ ŻEE) fil-qasam tas-sorveljanza tal-awditjar jew fuq stedina, skont il-każ, lill-awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi mhux membri tal-UE/taż-ŻEE, soġġett għall-approvazzjoni tal-membri tas-CEAOB. Il-parteċipazzjoni ta' awtorità kompetenti minn pajjiż mhux tal-UE/taż-ŻEE tista' tkun soġġetta għal perijodu ta' żmien limitat.
|
|
Artikolu 30 12.
|
Is-CEAOB għandu jistabbilixxi sottogrupp sabiex iwettaq il-kompiti msemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 7 u dan is-sottogrupp għandu jkun ippresedut mill-membru maħtur mill-ESMA skont il-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 30 13.
|
Fuq talba tal-inqas ta' tliet membri, jew fuq inizjattiva proprja, fejn dan jitqies utli u/jew meħtieġ, il-President tas-CEAOB jista' jistieden esperti, inklużi professjonisti, b'kompetenza speċifika f'suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipaw bħala osservaturi fid-deliberazzjonijiet tas-CEAOB jew tas-sottogrupp tiegħu. Is-CEAOB jista' jistieden rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi terzi li huma kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-awditjar biex jipparteċipaw bħala osservaturi fid-deliberazzjonijiet tas-CEAOB jew tas-sottogrupp tiegħu.
|
|
Artikolu 30 14.
|
Is-Segretarjat tas-CEAOB għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni. L-infiq tal-Kumitat għandu jkun inkluż fl-estimi tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 30 15.
|
Il-President għandu jħejji l-aġenda proviżorja ta' kull laqgħa tas-CEAOB b'kont debitu tal-kontribut bil-miktub tal-membri.
|
|
Artikolu 30 16.
|
Il-President, jew fin-nuqqas tiegħu, il-Viċi President għandu jikkomunika l-fehmiet jew il-pożizzjonijiet tas-CEAOB biss bl-approvazzjoni tal-membri.
|
|
Artikolu 30 17.
|
Id-diskussjonijiet tas-CEAOB ma għandhomx ikunu pubbliċi.
|
|
Artikolu 30 18.
|
Is-CEAOB għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|