+Artikolu 31 Kooperazzjoni fir-rigward tal-eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità, investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.
|
Artikolu 31 Kooperazzjoni fir-rigward tal-eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità, investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw kooperazzjoni effettiva fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità.
|
|
Artikolu 31 2.
|
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed tista' titlob l-assistenza tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor fir-rigward tal-eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar li jappartjenu għal netwerk li jwettaq attivitajiet sinifikanti fl-Istat Membru mitlub.
|
|
Artikolu 31 3.
|
Meta awtorità kompetenti tirċievi talba minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor sabiex tassisti fl-eżami tal-garanzija tal-kwalità ta' awdituri statutorji jew ditta tal-awditjar li tappartjeni għal netwerk li jwettaq attivitajiet sinifikanti f'dak l-Istat Membru, hija għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li għamlet it-talba sabiex tassisti f'dan l-eżami tal-garanzija tal-kwalità. L-awtorità kompetenti li għamlet it-talba ma għandux ikollha d-dritt li taċċessa informazzjoni li tista' tikser ir-regoli tas-sigurtà nazzjonali jew ikollha effett negattiv fuq is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jew ksur tar-regoli nazzjonali tas-sigurtà.
|
|
Artikolu 31 4.
|
Meta awtorità kompetenti tikkonkludi li l-attivitajiet li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament qed jitwettqu jew twettqu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, din għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor b'dik il-konklużjoni bl-aktar mod speċifiku possibbli. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor għandha tieħu l-azzjoni xierqa. Hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tinnotifika bir-riżultat ta' dik l-azzjoni u, sa fejn dan ikun possibbli, bl-iżviluppi interim importanti.
|
|
Artikolu 31 5.
|
Awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed tista' titlob li ssir investigazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor fit-territorju ta' din tal-aħħar. Tista' titlob ukoll li wħud mill-persunal proprju tagħha jitħallew jakkumpanjaw lill-persunal tal-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru matul l-investigazzjoni, anke fir-rigward tal-ispezzjonijiet fuq il-post. Fil-ħin kollu, l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni għandha tkun, tul il-kors tagħha kollu, soġġetta għall-kontroll ġenerali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija titwettaq.
|
|
Artikolu 31 6.
|
L-awtorità kompetenti mitluba tista' tiċħad li taġixxi fuq talba għal twettiq ta' investigazzjoni kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, jew fuq talba biex il-persunal tagħha jkun akkumpanjat minn persunal ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor kif speċifikat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, fil-każijiet li ġejjin:
(a)
fejn investigazzjoni jew ispezzjoni fuq il-post bħal din tista' tikkostitwixxi ksur tar-regoli nazzjonali tas-sigurtà jew taffettwa b'mod negattiv is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru mitlub;
(b)
fejn ikunu diġà nfetħu proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru mitlub;
(c)
fejn tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjonijiet u l-istess persuni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru mitlub.
|
|
Artikolu 31 7.
|
Fil-każ ta' eżami tal-garanzija tal-kwalità jew ta' investigazzjoni b'effetti transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jindirizzaw talba konġunta lis-CEAOB biex jikkoordina l-eżami jew l-investigazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|