+Artikolu 36 Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.

Artikolu 36 Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi biss jekk fil-pajjiżi terzi kkonċernati, l-informazzjoni ddivulgata tkun soġġetta għal garanziji ta' segretezza professjonali li tal-inqas huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 22 u 34. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw minnufih tali ftehimiet lis-CEAOB u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwarhom.

L-informazzjoni għandha tiġi skambjata biss skont dan l-Artikolu fejn tali skambju ta' informazzjoni jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

Fejn dan l-iskambju ta' informazzjoni jinvolvi t-trasferiment ta' data personali lejn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE u s-CEAOB għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 36 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti jew ma' korpi rilevanti oħra ta' pajjiżi terzi rigward l-eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità u l-investigazzjonijiet ta' awdituri statutorji u ditti tal-awditjar. Fuq talba minn awtorità kompetenti, is-CEAOB għandu jikkontribwixxi għal tali kooperazzjoni u għall-istabbiliment ta' konverġenza ta' sorveljanza ma' pajjiżi terzi.
Artikolu 36 3.
Fejn il-kooperazzjoni jew l-iskambju ta' informazzjoni jkun relatat ma' dokumentazzjoni tal-awditjar jew ma' dokumenti oħra tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar, għandu japplika l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE.
Artikolu 36 4.
Is-CEAOB għandu jħejji linji gwida dwar il-kontenut tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.