+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 2 (22)
---+Artikolu 2 (23)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“investiment ambjentalment sostenibbli” tfisser investiment f’attività ekonomika waħda jew aktar li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli taħt dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser parteċipant fis-swieq finanzjarji kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088 u tinkludi manifattur ta’ prodott tal-pensjoni li għalih Stat Membru iddeċieda li japplika dak ir-Regolament taħt l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“prodott finanzjarju” tfisser prodott finanzjarju kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“emittent” tfisser emittent kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (69);
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” tfisser il-proċess biex titrażżan iż-żieda tat-temperatura medja globali biex tinżamm ferm inqas minn 2 °C u t-twettiq ta’ sforzi biex tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali, kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Pariġi;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“adattament għat-tibdil fil-klima” tfisser il-proċess ta’ aġġustament għat-tibdil fil-klima attwali u mistenni u l-impatti tiegħu;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“gass serra” tfisser gass serra elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (70);
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“ġerarkija tal-iskart” tfisser ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“ekonomija ċirkolari” tfisser sistema ekonomika li permezz tagħha jinżamm il-valur tal-prodotti, tal-materjali u ta’ riżorsi oħra fl-ekonomija għall-itwal żmien possibbli, jissaħħaħ l-użu effiċjenti tagħhom fil-produzzjoni u l-konsum, biex b’hekk jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-użu tagħhom, u jitnaqqas l-iskart u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“sustanza niġġiesa” tfisser sustanza, vibrazzjoni, sħana, ħoss, dawl jew inkwinant ieħor preżenti fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, li jistgħu jirriżultaw fi ħsara għal proprjetà materjali, jew li jistgħu jgħarrqu jew ifixklu faċilitajiet u użi leġittimi oħra tal-ambjent;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“ħamrija” tfisser is-saff ta’ fuq tad-Dinja li jinsab bejn il-blat tal-qiegħ u l-wiċċ, li huwa magħmul minn partiċelli minerali, materjal organiku, ilma, arja u organiżmi ħajjin;
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“tniġġis” tfisser:
|
(a)
|
l-introduzzjoni diretta jew indiretta, riżultat tal-attività tal-bniedem, ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fl-art;
|
|
(b)
|
fil-kuntest tal-ambjent tal-baħar, it-tniġġis kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE;
|
|
(c)
|
fil-kuntest tal-ambjent tal-ilma, it-tniġġis kif definit fil-punt 33 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali u mikro-organiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom li jinteraġixxi bħala unità funzjonali;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“servizzi tal-ekosistema” tfisser il-kontribuzzjonijiet diretti u indiretti tal-ekosistemi għall-benefiċċji ekonomiċi, soċjali, kulturali u oħrajn li n-nies jieħdu minn dawk l-ekosistemi;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“bijodiversità” tfisser il-varjabbiltà bejn l-organiżmi ħajjin derivati mis-sorsi kollha li jinkludu ekosistemi terrestri, tal-baħar u oħrajn akkwatiċi, u l-kumplessitajiet ekoloġiċi li huma parti minnhom u tinkludi d-diversità fl-ispeċi stess, bejn l-ispeċi u tal-ekosistemi;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“kundizzjoni tajba ” tfisser, relattivament għal ekosistema, li l-ekosistema hija f’kundizzjoni fiżika, kimika u bijoloġika tajba jew ta’ kwalità fiżika, kimika u bijoloġika tajba bil-kapaċità ta’ riproduzzjoni jew awto-restawr, li fiha ma ssirx ħsara lill-kompożizzjoni ta’ speċi, lill-istruttura tal-ekosistema u lill-funzjonijiet ekoloġiċi;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
"effiċjenza enerġetika" tfisser l-użu aħjar, f’termini ta’ effiċjenza, tal-enerġija fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija mill-produzzjoni sal-konsum finali;
|
|
Artikolu 2 (18)
|
"ilmijiet marini" tfisser ilmijiet marini kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE;
|
|
Artikolu 2 (19)
|
"ilma tal-wiċċ" tfisser ilma tal-wiċċ kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
Artikolu 2 (20)
|
"ilma ta’ taħt l-art" tfisser ilma ta’ taħt l-art kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
Artikolu 2 (21)
|
"status ambjentali tajjeb" tfisser status ambjentali tajjeb kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE;
|
|
Artikolu 2 (22)
|
"status tajjeb" tfisser:
|
(a)
|
għall-ilmijiet tal-wiċċ, li jkollhom kemm ‘stat ekoloġiku tajjeb’ kif definit fil-punt 22 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll ‘stat kimiku tajjeb ta’ ilma tal-wiċċ’ kif definit fil-punt 24 tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva;
|
|
(b)
|
għall-ilma ta’ taħt l-art, li jkollu kemm ‘stat kimiku tajjeb ta’ ilma ta’ taħt l-art’ kif definit fil-punt 25 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll ‘stat tajjeb kwantitattiv’ kif definit fil-punt 28 tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva;
|
|
|
Artikolu 2 (23)
|
"potenzjal ekoloġiku tajjeb" tfisser potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definit fil-punt 23 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|