1. Is-salvagwardji minimi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3 għandhom ikunu proċeduri implimentati minn impriża li tkun qed twettaq attività ekonomika biex tiżgura l-allinjament tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fit-tmien konvenzjonijiet fundamentali identifikati fid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol u l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem.