+Artikolu 20 2
|
Artikolu 20 2
2. Il-Pjattaforma għandha:
|
(a)
|
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fl-Artikolu 19, kif ukoll dwar il-ħtieġa possibbli li jiġu aġġornati dawk il-kriterji;
|
|
(b)
|
tanalizza l-impatt tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar f’termini ta’ kostijiet u benefiċċji potenzjali tal-applikazzjoni tagħhom;
|
|
(c)
|
tassisti lill-Kummissjoni fl-analiżi tat-talbiet minn partijiet ikkonċernati biex tiżviluppa jew tirrevedi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attività ekonomika partikolari;
|
|
(d)
|
tagħti parir lill-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, dwar ir-rwol possibbli ta’ standards ta’ kontabbiltà u ta’ rappurtar, fir-rigward tas-sostenibbiltà, b’appoġġ għall-applikazzjoni tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar;
|
|
(e)
|
timmonitorja u regolarment tirrapporta lill-Kummissjoni dwar xejriet fil-livell tal-Unjoni u fil-livell tal-Istati Membri rigward il-flussi ta’ kapital fl-investiment sostenibbli;
|
|
(f)
|
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa possibbli li jiġu żviluppati aktar miżuri biex jitjiebu d-disponibbiltà u l-kwalità tad-data;
|
|
(g)
|
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-użabbiltà tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, b’kont meħud tal-ħtieġa li jkunu evitati piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa;
|
|
(h)
|
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa possibbli biex jiġi emendat dan ir-Regolament;
|
|
(i)
|
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp ta’ politiki ta’ finanzi sostenibbli, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ koerenza ta’ politika;
|
|
(j)
|
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-indirizzar ta’ objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, inklużi objettivi soċjali;
|
|
(k)
|
tagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-ħtieġa possibbli li jiġu supplimentati r-rekwiżiti tagħhom.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|