+Artikolu 26 Rieżami
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
|
Artikolu 26 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1
|
1. Sat-13 ta’ Lulju 2022, u sussegwentement kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa:
|
(a)
|
il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli;
|
|
(b)
|
il-ħtieġa possibbli li jiġu riveduti u komplementati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 biex attività ekonomika tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli;
|
|
(c)
|
l-użu tad-definizzjoni ta’ investiment ambjentalment sostenibbli fil-liġi tal-Unjoni, u fil-livell tal-Istat Membru, inklużi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ verifika tal-konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament;
|
|
(d)
|
l-effettività tal-applikazzjoni tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt dan ir-Regolament fir-rigward tal-kanalizzazzjoni ta’ investimenti privati lejn attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli u b’mod partikolari fir-rigward ta’ flussi ta’ kapital, inklużi ishma, f’intrapriżi privati u entitajiet legali oħrajn, kemm permezz ta’ prodotti finanzjarji koperti minn dan ir-Regolament kif ukoll permezz ta’ prodotti finanzjarji oħra;
|
|
(e)
|
l-aċċess minn parteċipanti, fis-swieq finanzjarji, koperti minn dan ir-Regolament u minn investituri għal informazzjoni u data affidabbli, f’waqthom u verifikabbli fir-rigward ta’ impriżi privati u entitajiet legali oħra, inklużi kumpaniji destinatarji ġewwa u barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, fiż-żewġ każijiet, fir-rigward ta’ ishma u kapital ta’ dejn, filwaqt li jitqiesu l-piż amministrattiv assoċjat kif ukoll il-proċeduri għall-verifika tad-data li tkun meħtieġa għad-determinazzjoni tal-livell ta’ allinjament mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar u biex tkun żgurata l-konformità ma’ dawk il-proċeduri;
|
|
(f)
|
l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 22.
|
|
|
Artikolu 26 2
|
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lil hinn minn attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli u li jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet li jkunu meħtieġa biex ikopru:
|
(a)
|
attivitajiet ekonomiċi li ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq is-sostenibbiltà ambjentali u attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara sinifikanti lis-sostenibbiltà ambjentali, kif ukoll reviżjoni tal-adegwatezza ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ divulgazzjoni relatati ma’ attivitajiet ta’ transizzjoni u ta’ faċilitazzjoni; u
|
|
(b)
|
objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, bħal objettivi soċjali.
|
|
|
Artikolu 26 3
|
3. Sat-13 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effettività tal-proċeduri konsultattivi għall-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti taħt dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|