+Artikolu 5 Adattament għat-tibdil fil-klima
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 Adattament għat-tibdil fil-klima

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw progress kontinwu fit-titjib tal-kapaċità ta’ adattament, fit-tisħiħ tar-reżiljenza u fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Pariġi.
Artikolu 5 2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta strateġija tal-Unjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u għandha tirrieżaminaha regolarment fil-kuntest tar-rieżami previst fil-punt (b) tal-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5 3.
L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-politiki dwar l-adattament fl-Unjoni u fl-Istati Membri jkunu koerenti, jappoġġaw lil xulxin, jipprovdu kobenefiċċji għall-politiki settorjali, u jaħdmu favur integrazzjoni aħjar tal-adattament għat-tibdil fil-klima b’mod konsistenti fl-oqsma kollha tal-politika, inklużi l-politiki u l-azzjonijiet soċjoekonomiċi u ambjentali rilevanti, meta jkun xieraq, kif ukoll fl-azzjoni esterna tal-Unjoni. Għandhom jiffukaw, b’mod partikolari, fuq il-popolazzjonijiet u s-setturi l-aktar vulnerabbli u milquta, u jidentifikaw nuqqasijiet f’dan ir-rigward f’konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili.
Artikolu 5 4.
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw strateġiji u pjanijiet nazzjonali ta’ adattament, filwaqt li jqisu l-istrateġija tal-Unjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li jkunu bbażati fuq analiżijiet sodi dwar it-tibdil fil-klima u l-vulnerabbiltà, valutazzjonijiet tal-progress u indikaturi u ggwidati mill-aqwa evidenza xjentifika disponibbli u l-aktar reċenti. Fl-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu l-vulnerabbiltà partikolari tas-setturi rilevanti, inter alia l-agrikoltura u s-sistemi tal-ilma u tal-ikel kif ukoll is-sigurtà tal-ikel, u għandhom jippromwovu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u adattament ibbażat fuq l-ekosistemi. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-istrateġiji regolarment u jinkludu l-informazzjoni aġġornata relatata fir-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999.
Artikolu 5 5.
Sat-30 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li jistabbilixxu prinċipji u prattiki komuni għall-identifikazzjoni, il-klassifikazzjoni u l-ġestjoni prudenzjali tar-riskji fiżiċi materjali b’rabta mal-klima waqt l-ippjanar, l-iżvilupp, it-twettiq u l-monitoraġġ ta’ proġetti u programmi għal proġetti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1119
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.