+Artikolu 6 Valutazzjoni tal-progress li tkun għamlet l-Unjoni u tal-miżuri li din tkun ħadet
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
|
Artikolu 6 Valutazzjoni tal-progress li tkun għamlet l-Unjoni u tal-miżuri li din tkun ħadet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Sat-30 ta’ Settembru 2023, u kull ħames snin wara dik id-data, flimkien mal-valutazzjoni pprovduta fl-Artikolu 29(5) tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-affarijiet li ġejjin:
(a)
il-progress kollettiv li l-Istati Membri kollha jkunu għamlu biex jilħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament;
(b)
il-progress kollettiv li l-Istati Membri kollha jkunu għamlu b’rabta mal-adattament, kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mar-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija li tkun ħejjiet fis-sena kalendarja rispettiva skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Sat-30 ta’ Settembru 2023, u kull ħames snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina:
(a)
il-konsistenza tal-miżuri tal-Unjoni mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1);
(b)
il-konsistenza tal-miżuri tal-Unjoni mal-iżgurar ta’ progress b’rabta mal-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 5.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Meta, abbażi tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri tal-Unjoni ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) jew ma jkunux konsistenti mal-iżgurar ta’ progress b’rabta mal-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 5, jew li l-progress li jkun qed isir biex jintlaħaq dak l-objettiv tan-newtralità klimatika jew b’rabta mal-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 5 ma jkunx biżżejjed, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza ta’ kwalunkwe abbozz ta’ miżura jew proposta leġiżlattiva, inklużi l-proposti baġitarji, mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) u l-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-2040 qabel ma dawn jiġu adottati, u għandha tinkludi dik il-valutazzjoni fi kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja dawn il-miżuri jew dawn il-proposti, u tagħmel ir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni disponibbli pubblikament meta dawn jiġu adottati. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk dawk l-abbozzi ta’ miżuri jew proposti leġiżlattivi, inklużi l-proposti baġitarji, humiex konsistenti mal-iżgurar ta’ progress b’rabta mal-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 5. Meta tagħmel l-abbozzi ta’ miżuri u l-proposti leġiżlattivi tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tallinjahom mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ ta’ nonallinjament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi r-raġunijiet bħala parti mill-valutazzjoni tal-konsistenza msemmija f’dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1119
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|