|
+Artikolu 12 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 |
Artikolu 12 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 401/2009Artikolu 12 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 huwa emendat kif ġej:
(1)
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 10a
1.
Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“Bord Konsultattiv”) huwa b’dan stabbilit.
2.
Il-Bord Konsultattiv għandu jkun magħmul minn 15-il espert xjentifiku ta’ livell għoli li jkopru firxa wiesgħa ta’ dixxiplini rilevanti. Il-membri tal-Bord Konsultattiv għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3. Ma għandux ikun hemm aktar minn żewġ membri tal-Bord Konsultattiv li jkollhom in-nazzjonalità tal-istess Stat Membru. Ma għandu jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tal-membri tal-Bord Konsultattiv.
3.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar il-membri tal-Bord Konsultattiv għal terminu ta’ erba’ snin, li għandu jkun jista’ jiġġedded darba, wara proċedura ta’ selezzjoni miftuħa, ekwa u trasparenti. Fl-għażla tiegħu tal-membri tal-Bord Konsultattiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jfittex li jiżgura għarfien espert dixxiplinari u settorjali varjat, kif ukoll bilanċ bejn il-ġeneri u ġeografiku. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
(a)
eċċellenza xjentifika;
(b)
esperjenza fit-twettiq ta’ valutazzjonijiet xjentifiċi u fl-għoti ta’ pariri xjentifiċi fl-oqsma tal-għarfien espert;
(c)
għarfien espert wiesa’ fil-qasam tax-xjenzi klimatiċi u ambjentali jew f’oqsma xjentifiċi oħra rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni;
(d)
esperjenza professjonali f’ambjent interdixxiplinari f’kuntest internazzjonali.
4.
Il-membri tal-Bord Konsultattiv għandhom jinħatru f’kapaċità personali u għandhom iwettqu l-inkarigu tagħhom b’mod kompletament indipendenti mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi l-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ erba’ snin u huwa għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
5.
Il-Bord Konsultattiv għandu jikkomplementa l-ħidma tal-Aġenzija filwaqt li jaġixxi b’mod indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Il-Bord Konsultattiv għandu jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma annwali tiegħu b’mod indipendenti, u meta jagħmel dan għandu jikkonsulta lill-Bord tat-Tmexxija. Il-president tal-Bord Konsultattiv għandu jinforma lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv dwar dak il-programm u l-implimentazzjoni tiegħu.”;
(2)
fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“5.
Il-baġit tal-Aġenzija għandu jinkludi wkoll in-nefqa relatata mal-Bord Konsultattiv.”.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|