+Artikolu 8 Rekwiżiti ġenerali għar-rapportar imsaħħaħ
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6

Artikolu 8 Rekwiżiti ġenerali għar-rapportar imsaħħaħ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   L-aġenti li jirrapportaw u l-friegħi barranin tagħhom li mhumiex residenti fi Stat Membru li jirrapporta għandhom jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva meħtieġa u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni xierqa biex jiżguraw li d-dejta li għandha tiġi rrapportata fuq bażi individwali taħt dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 6, tiġi pproċessata u mibgħuta debitament.

Artikolu 8 2

2.   Friegħi barranin li mhumiex residenti fi Stat Membru li jirrapporta mhumiex aġenti li jirrapportaw taħt dan ir-Regolament. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jiżguraw li dawn il-friegħi barranin jimplimentaw arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tar-rekwiżiti ta' rapportar fuq bażi individwali.

Artikolu 8 3

3.   Ir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku skont dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għal kull rekwiżit ieħor tar-rapportar attwali jew fil-futur fir-rigward ta' dejta dwar il-kreditu skont id-dritt nazzjonali jew oqfsa ta' rapportar oħrajn.

Artikolu 8 4

4.   Il-BĊNi jistgħu jiġbru l-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa lill-BĊE bħala parti mill-qafas ta' rapportar nazzjonali iktar wiesa' li jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali rilevanti. Dawn l-oqfsa ta' rapportar usa' jistgħu jinkludu informazzjoni li sservi għanijiet oħrajn minbarra finijiet statistiċi, bħall-bżonnijiet superviżorji.

Artikolu 8 5

5.   Il-BĊNi jistgħu jiksbu dejta tal-kreditu minn sorsi oħrajn.

Artikolu 8 6

6.   Ir-rekwiżiti minimi għal armonizzazzjoni, kompletezza, livell ta' dettall u identifikazzjoni tal-kontropartijiet tad-dejta tal-kreditu huma stabbiliti fil-mudelli fl-Anness I.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.06.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0867
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.