1. Il-BĊNi għandhom id-dritt li jipprovdu dejta ta' kreditu, inkluża dejta miġbura minn BĊN ieħor lil aġenti li jirrapportaw billi jistabbilixxu jew itejbu ċirkwiti ta' feedback jew servizzi oħrajn ta' informazzjoni minn CCRs lil aġenti li jirrapportaw. Huma jistgħu jipprovdu subsett tad-dejta dwar il-kreditu miġbura taħt dan ir-Regolament, skont l-aħjar prattiki u sal-punt awtorizzat mir-reġim legali applikabbli dwar il-konfidenzjalità. L-aġenti li jirrapportaw jistgħu jużaw id-dejta esklużivament għall-ġestjoni tar-riskju ta' kreditu u jtejbu l-kwalità tal-informazzjoni ta' kreditu disponibbli għalihom fir-rigward ta' strumenti eżistenti jew prospettivi. M'għandhomx jaqsmu d-dejta ma' partijiet oħra, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ il-qsim tad-dejta għal dawn il-finijiet u d-dejta tintuża biss fir-rigward tal-aġent tar-rapportar u l-aġent li jirrapporta jiżgura protezzjoni tal-kunfidenzjalità xierqa skont ftehim kuntrattwali li jeskludi kull użu ieħor tad-dejta, u jipprovdi, għall-anonimizzazzjoni tad-dejta kull meta jkun possibbli u t-tħassir tad-dejta hekk kif jintlaħaq l-iskop li għalih nqasmet. Kull trażmissjoni ulerjuri tad-dejta mill-fornitur tas-servizz, u kull taqsim tad-dejta ma' fornituri kummerċjali ta' dejta tal-kreditu huma pprojbiti.