+Artikolu 11 Ċirkwit ta' feedback lill-aġenti li jirrapportaw
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
|
Artikolu 11 Ċirkwit ta' feedback lill-aġenti li jirrapportaw
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Il-BĊNi għandhom id-dritt li jipprovdu dejta ta' kreditu, inkluża dejta miġbura minn BĊN ieħor lil aġenti li jirrapportaw billi jistabbilixxu jew itejbu ċirkwiti ta' feedback jew servizzi oħrajn ta' informazzjoni minn CCRs lil aġenti li jirrapportaw. Huma jistgħu jipprovdu subsett tad-dejta dwar il-kreditu miġbura taħt dan ir-Regolament, skont l-aħjar prattiki u sal-punt awtorizzat mir-reġim legali applikabbli dwar il-konfidenzjalità. L-aġenti li jirrapportaw jistgħu jużaw id-dejta esklużivament għall-ġestjoni tar-riskju ta' kreditu u jtejbu l-kwalità tal-informazzjoni ta' kreditu disponibbli għalihom fir-rigward ta' strumenti eżistenti jew prospettivi. M'għandhomx jaqsmu d-dejta ma' partijiet oħra, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ il-qsim tad-dejta għal dawn il-finijiet u d-dejta tintuża biss fir-rigward tal-aġent tar-rapportar u l-aġent li jirrapporta jiżgura protezzjoni tal-kunfidenzjalità xierqa skont ftehim kuntrattwali li jeskludi kull użu ieħor tad-dejta, u jipprovdi, għall-anonimizzazzjoni tad-dejta kull meta jkun possibbli u t-tħassir tad-dejta hekk kif jintlaħaq l-iskop li għalih nqasmet. Kull trażmissjoni ulerjuri tad-dejta mill-fornitur tas-servizz, u kull taqsim tad-dejta ma' fornituri kummerċjali ta' dejta tal-kreditu huma pprojbiti.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu l-ambitu tad-dejta li għandha tiġi pprovduta, il-proċedura biex jiġi pprovdut l-aċċess għad-dejta u kull restrizzjoni addizzjonali fuq l-użu ta' din id-dejta, waqt li jitqies il-qafas legali nazzjonali u kull restrizzjoni oħra marbuta man-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Dan l-Artikolu ma jagħti ebda dritt lill aġenti li jirraportaw għal ċirkwit ta' feedback, jew li jirċievu informazzjoni speċifika minn ċirkwit ta' feedback jew servizzi oħrajn ta' informazzjoni minn CCRs lil aġenti li jirrapportaw.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Il-BĊNi għandhom id-dritt li jiċħdu l-aċċess fuq bażi temporanja lil aġent li jirrapporta għal dejta dwar il-kriterju speċifika minn ċirkwit ta' feedback meta l-aġent li jirrapporta ma jkunx ikkonforma mal-obbligi statistiċi tiegħu stess taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u l-preċiżjoni tad-dejta, u fil-każijiet fejn l-aġent tar-rapportar ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu stabbiliti fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. BĊNi għandhom dritt li jiċħdu l-aċċess għal BĊNi oħrajn għad-dejta tal-kreditu granulari li huma jiġbru għall-finijiet ta' ċirkwit ta' feedback. BĊNi għandhom id-dritt li jeħtieġu r-reċiproċità fir-rigward tal-għoti tad-dejta ta' kreditu granulari ma' kwalunkwe BĊN li jeħtieġ dejta minn BĊN ieħor għall-finijiet taċ-ċirkwit ta' feedback. Informazzjoni fuq unità istituzzjonali ta' aġent li jirrapporta stabbilit fi Stat Membru ta' rapportar tista' dejjem tintuża għaċ-ċirkuwiti ta' feedback mill-BĊN rilevanti tal-aġent li jirrapporta, irrispettivament minn fejn hija residenti l-unità istituzzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.06.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0867
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|