5. BĊNi għandhom dritt li jiċħdu l-aċċess għal BĊNi oħrajn għad-dejta tal-kreditu granulari li huma jiġbru għall-finijiet ta' ċirkwit ta' feedback. BĊNi għandhom id-dritt li jeħtieġu r-reċiproċità fir-rigward tal-għoti tad-dejta ta' kreditu granulari ma' kwalunkwe BĊN li jeħtieġ dejta minn BĊN ieħor għall-finijiet taċ-ċirkwit ta' feedback. Informazzjoni fuq unità istituzzjonali ta' aġent li jirrapporta stabbilit fi Stat Membru ta' rapportar tista' dejjem tintuża għaċ-ċirkuwiti ta' feedback mill-BĊN rilevanti tal-aġent li jirrapporta, irrispettivament minn fejn hija residenti l-unità istituzzjonali.