8. Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE dejta ta' referenza tal-kontroparti għall-kontropartijiet kollha skont it-taqsima 1 tal-Mudell 1 tal-Anness I flimkien mal-ewwel trażmissjoni tad-dejta tal-kreditu. Meta sseħħ bidla, il-BĊNi għandhom jaġġornaw id-dejta sa mhux aktar tard mit-trażmissjoni tad-dejta dwar il-kreditu li tkun relevanti għall-ewwel data ta' rapportar li fiha jew qabilha tkun daħlet fis-seħħ il-bidla. Sakemm il-BĊNi jinfurmaw lill-aġenti ta' rapportar li kisbu dejta ta' referenza tal-kontroparti aġġornata minn sorsi oħrajn, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jaġġornaw dik id-dejta billi jinfurmaw lill-BĊNi dwar kull tibdil fil-ħin mitlub mill-BĊN rilevanti, imma mhux iktar tard mid-data meta d-dejta tal-kreditu hija rrapportata lill-BĊN rilevanti għall-ewwel data ta' referenza ta' rapportar wara d-data meta ġiet fis-seħħ il-bidla.