+Artikolu 13 Tempestività
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6
---+Artikolu 13 7
---+Artikolu 13 8
|
Artikolu 13 Tempestività
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-kreditu kif irreġistrata fid-dati ta' referenza tar-rapportar li ġejjin:
|
(a)
|
għal trażmissjonijiet ta' kull xahar, fl-aħħar jum ta' kull xahar;
|
|
(b)
|
għal trażmissjonijiet trimestrali, fl-aħħar jum ta' Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru.
|
|
|
Artikolu 13 2
|
2. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta u kemm ta' spiss għandhom jirċievu d-dejta mingħand l-aġenti li jirrapportaw sabiex jissodisfaw l-iskadenza għar-rapportar tagħhom lill-BĊE, u għandhom jinformaw lill-aġenti li jirrapportaw kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 13 3
|
3. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-aġenti li jirrapportaw dwar l-obbligi li jirrapportaw mill-inqas 18-il xahar qabel l-ewwel data ta' referenza ta' rapportar li għalihom dawn l-aġenti għandhom jirrapportaw dejta bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, bla ħsara għal kull rekwiżit ta' rapportar ieħor skont id-dritt nazzjonali jew oqfsa ta' rapportar oħrajn.
|
|
Artikolu 13 4
|
4. Għal aġenti osservati li huma residenti fi Stat Membru li jirrapporta, il-BĊNi għandhom jibagħtu dejta dwar il-kreditu kull xahar lill-BĊE sa ħin għeluq tal-uffiċċju fit-30 jum tax-xogħol wara l-aħħar tax-xahar li miegħu hija relatata d-dejta.
|
|
Artikolu 13 5
|
5. Għal aġenti osservati li huma residenti fi Stat Membru li jirrapporta, il-BĊNi għandhom jibagħtu dejta dwar il-kreditu kull tliet xhur lill-BĊE sa ħin għeluq tal-uffiċċju fil-15-il jum tax-xogħol wara d-dati ta' rimessa kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (11).
|
|
Artikolu 13 6
|
6. Għal aġenti osservati li huma friegħi barranin mhux residenti fi Stat Membru li jirrapporta, il-BĊNi għandhom jibagħtu dejta dwar il-kreditu kull xahar lill-BĊE sa ħin għeluq tal-uffiċċju fil-35 jum tax-xogħol wara l-aħħar tax-xahar li miegħu hija relatata d-dejta.
|
|
Artikolu 13 7
|
7. Għal aġenti osservati li huma friegħi barranin mhux residenti fi Stat Membru li jirrapporta, il-BĊNi għandhom jibagħtu dejta dwar il-kreditu kull tliet xhur lill-BĊE sa ħin għeluq tal-uffiċċju fil-20-il jum tax-xogħol wara d-dati ta' rimessa kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
|
Artikolu 13 8
|
8. Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE dejta ta' referenza tal-kontroparti għall-kontropartijiet kollha skont it-taqsima 1 tal-Mudell 1 tal-Anness I flimkien mal-ewwel trażmissjoni tad-dejta tal-kreditu. Meta sseħħ bidla, il-BĊNi għandhom jaġġornaw id-dejta sa mhux aktar tard mit-trażmissjoni tad-dejta dwar il-kreditu li tkun relevanti għall-ewwel data ta' rapportar li fiha jew qabilha tkun daħlet fis-seħħ il-bidla. Sakemm il-BĊNi jinfurmaw lill-aġenti ta' rapportar li kisbu dejta ta' referenza tal-kontroparti aġġornata minn sorsi oħrajn, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jaġġornaw dik id-dejta billi jinfurmaw lill-BĊNi dwar kull tibdil fil-ħin mitlub mill-BĊN rilevanti, imma mhux iktar tard mid-data meta d-dejta tal-kreditu hija rrapportata lill-BĊN rilevanti għall-ewwel data ta' referenza ta' rapportar wara d-data meta ġiet fis-seħħ il-bidla.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.06.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0867
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|