2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li għandhom jiġu segwiti mill-aġenti li jirrapportaw skont dan ir-Regolament u mal-oqfsa legali nazzjonali tagħhom sa fejn ma jikkonfliġġux mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta' rapportar: (a) jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa; u (b) jippermettu verifika tal-fatt li ġew issodisfatti l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness V.