2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fil-paragrafu preċedenti, il-BĊN rilevanti jista' jawtorizza l-istituzzjoni akkwirenti biex twettaq l-obbligu tagħha ta' rapportar statistiku permezz ta' proċeduri temporanji. Din l-eżenzjoni mill-proċeduri ta' rapportar normali m'għandhiex tkun itwal minn sitt xhur mid-data meta tkun seħħet il-għaqda, diviżjoni jew riorganizzazzjoni. Din l-eżenzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjoni akkwirenti li tosserva l-obbligi ta' rapportar tagħha skont dan ir-Regolament.