2. Biex jappoġġa l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' rapportar, il-BĊN relevanti jista' jippermetti lil aġenti li jirrapportaw żgħar id-dritt li jirrapportaw dejta tal-kreditu dwar id-dati ta' referenza tar-rapportar qabel l-1 ta' Jannar 2021 fuq bażi trimestrali minflok kull xahar, iżda l-kontribuzzjoni kkombinata tal-aġenti kollha ta' rapportar li jirrapportaw fuq bażi trimestrali għall-ammont pendenti totali tas-self rrapportat bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE2013/33) mill-aġenti kollha li jirraportaw residenti fl-Istat Membru li jirrapporta ma taqbiżx l-4 %, bla ħsara għad-dejta tal-kreditu tagħhom li jirrapportaw taħt kull qafas legali ieħor.