+Artikolu 2 Metodoloġija
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
---+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 2 5.

Artikolu 2 Metodoloġija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Il-metodoloġija tas-SEK 2010 msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 (2) hija stabbilita fl-Anness A.
Artikolu 2 2.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegatiatti delegati skont l-Artikolu 7, rigward emendi fil-metodoloġija tas-SEK 2010 sabiex jiġu speċifikati u mtejba l-kontenut tagħha għall-iskop li tiġi żgurata interpretazzjoni armonizzata jew biex tiżgura komparabbiltà internazzjonali sakemm ma jbiddlux il-kunċetti bażiċi tagħha, ma jeħtiġux riżorsi addizzjonali għall-produtturi fis-Sistema tal-Istatistika Ewropea għall-implimentazzjoni tagħhom, u ma jikkawżawx bidla fir-riżorsi proprji.
Artikolu 2 3.
Fl-eventwalità ta’ dubju rigward l-implementazzjoni korretta tar-regoli ta’ kontabbiltà tas-SEK 2010, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob kjarifika mingħand il-Kummissjoni (Eurostat). Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taġixxi minnufih kemm fl-eżami tat-talba kif ukoll fil-komunikazzjoni tal-parir tagħha dwar il-kjarifika mitluba lill-Istat Membru kkonċernat u l-Istati Membri l-oħrajn kollha.
Artikolu 2 4.
L-Istati Membri għandhom iwettqu l-kalkolu u l-allokazzjoni tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja kkalkulati b’mod indirett (FISIM) fil-kontijiet nazzjonali skont il-metodoloġija deskritta fl-Anness A. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta qabel 17 Settembru 2013 atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7 li jistabbilixxu metodoloġija riveduta għall-kalkolu u l-allokazzjoni tal-FISIM. Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq l-unitajiet rispondenti.
Artikolu 2 5.
L-infiq għar-riċerka u l-iżvilupp għandu jiġi reġistrat, mill-Istati Membri, bħala formazzjoni ta’ kapital gross fiss. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegatif’konformità mal-Artikolu 7 biex tiżgura l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tad-data tas-SEK 2010 tal-Istati Membri dwar ir-riċerka u l-iżvilupp. Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-tali atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq l-unitajiet rispondenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0549
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.