|
+Artikolu 9 Kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar ---+Article 9 1. ---+Article 9 2. ---+Article 9 3. ---+Article 9 4. |
Artikolu 9 Kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessarArtikolu 9 Kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar 1. Data personali miġbura minn awtoritajiet kompetenti għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet li mhumiex dawk stipulati fl-Artikolu 1(1) sakemm tali pproċessar ma jkunx awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru. Meta d-data personali tkun proċessata għal tali finijiet oħra, ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika dment li l-ipproċessar ma jsirx f'attività li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. 2. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiġu inkarigati mil-liġi ta' Stat Membru bit-twettiq ta' kompiti oħra minbarra dawk imwettqa għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1), ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar għal finijiet bħal dawn, inkluż għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika, sakemm l-ipproċessar ma jsirx f'attività li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. 3. L-Istati Membri għandhom, fejn il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru applikabbli għall-awtorità kompetenti ta' trażmissjoni tipprovdi kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar, jipprevedu li l-awtorità kompetenti ta' trażmissjoni tinforma lir-riċevitur ta' tali dati personali dwar dawk il-kundizzjonijiet u l-ħtieġa li jkun hemm konformità magħhom. 4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità kompetenti ta' trażmissjoni ma tapplikax kundizzjonijiet skont il-paragrafu 3 għal riċevituri fi Stati Membri oħra jew għal aġenziji, uffiċċji u korpi stabbiliti skont il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titlu V tat-TFUE li mhumiex dawk applikabbli għal trażmissjonijiet ta' data simili fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti ta' trażmissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|