+KAPITOLU II Prinċipji
---+Artikolu 4 Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta'datapersonali
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
---+Artikolu 5 Limiti ta' żmien għall-ħażna u għar-rieżami
---+Artikolu 6 Distinzjoni bejn kategoriji differenti ta' suġġett tad-data
---+Artikolu 7 Distinzjoni bejndatapersonali u verifika tal-kwalità tad-datapersonali
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
------+Article 7 3.
---+Artikolu 8 Legalità tal-ipproċessar
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
---+Artikolu 9 Kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
------+Article 9 4.
---+Artikolu 10 Ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta'datapersonali
---+Artikolu 11 Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
------+Article 11 3.

KAPITOLU II Prinċipji

KAPITOLU II Prinċipji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta'datapersonali

Artikolu 4

Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta' data personali

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-data personali tkun:

(a) ipproċessata b'mod legali u ġust;

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dawk il-finijiet;

(c) adegwata, rilevanti, u mhux eċċessiva għall-finijiet li għalih tiġi pproċessata;

(d) tkun preċiża u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata; għandu jittieħed kull pass raġonevoli biex ikun żgurat li d-data personali impreċiża, b'kont meħud tal-għanijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rettifikata mingħajr dewmien;

(e) miżmuma b'mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li tiġi pproċessata;

(f) ipproċessata b'mod li tiżgura s-sigurtà xierqa tad-data personali, inkluż il-protezzjoni kontra proċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telfien, il-qerda jew il-ħsara inċidentali, bl-użu ta' miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa.

2.  L-ipproċessar mill-istess kontrollur jew minn wieħed differenti għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) minbarra dak li għalih tinġabar id-data personali għandu jkun permess sakemm:

(a) il-kontrollur ikun awtorizzat biex jipproċessa data personali bħal din għal dan il-fini skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru; u

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ u proporzjonat għal dak il-fini l-ieħor skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru.

3.  L-ipproċessar mill-istess kontrollur jew minn wieħed differenti jista' jinkludi l-arkivjar fl-interess tal-pubbliku, l-użu xjentifiku, statistiku jew storiku, għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1), soġġetti għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

4.  Il-kontrollur għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3, u għandu jkun jista' juriha.

Artikolu 5 Limiti ta' żmien għall-ħażna u għar-rieżami

Artikolu 5

Limiti ta' żmien għall-ħażna u għar-rieżami

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li jiġu stabbiliti limiti taż-żmien għat-tħassir ta' data personali jew għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa li tinħażen id-data personali. Miżuri proċedurali għandhom jiżguraw li dawk il-limiti ta' żmien jiġu osservati.

Artikolu 6 Distinzjoni bejn kategoriji differenti ta' suġġett tad-data

Artikolu 6

Distinzjoni bejn kategoriji differenti ta' suġġett tad-data

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur, fejn applikabbli u safejn ikun possibbli, jagħmel distinzjoni ċara bejn data personali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data, bħal:

(a) persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed jemmen li jkunu wettqu jew li jkunu ser iwettqu reat kriminali;

(b) persuni misjuba ħatja ta' reat kriminali;

(c) vittmi ta' reat kriminali jew persuni li ċerti fatti fir-rigward tagħhom jagħtu lok għal raġunijiet biex wieħed jemmen li huma jistgħu jkunu l-vittma ta' reat kriminali; u

(d) partijiet oħra għal reat kriminali, bħal persuni li jistgħu jissejħu biex jixhdu f'investigazzjonijiet b'rabta ma' reati kriminali jew proċeduri kriminali sussegwenti, persuni li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati kriminali, jew kuntatti jew assoċjati ta' waħda mill-persuni msemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 7 Distinzjoni bejndatapersonali u verifika tal-kwalità tad-datapersonali

Artikolu 7

Distinzjoni bejn data personali u verifika tal-kwalità tad-data personali

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, kemm jista' jkun, issir distinzjoni bejn data personali bbażata fuq il-fatti u data personali bbażata fuq valutazzjonijiet personali.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li data personali li ma tkunx preċiża, mhux kompluta jew li ma tkunx għadha aġġornata ma tiġix trażmessa jew issir disponibbli. Għal dak il-għan, kull awtorità kompetenti għandha, sa fejn ikun possibbli, tivverifika l-kwalità tad-data personali qabel ma din tiġi trażmessa jew issir disponibbli. Sa fejn ikun possibbli, fit-trażmissjonijiet kollha ta' data personali, għandha tiżdied l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tirċeviha tevalwa l-grad ta' preċiżjoni, kompletezza, u affidabbiltà tad-data personali, u l-punt sa fejn huma aġġornati.

3.  Jekk jirriżulta li tkun ġiet trażmessa data personali żbaljata jew li d-data personali tkun ġiet trażmessa b'mod illegali, ir-riċevitur għandu jiġi nnotifikat mingħajr dewmien. F'dan il-każ, id-data personali għandha tiġi rettifikata jew imħassra jew l-ipproċessar għandu jkun ristrett f'konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 8 Legalità tal-ipproċessar

Artikolu 8

Legalità tal-ipproċessar

1.  L-Istati Membri għandhom jippreveduli l-ipproċessar ikun legali biss jekk u sakemm dak l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir minn awtorità kompetenti għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) u li jkun ibbażat fuq il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru.

2.  Il-liġi tal-Istat Membru li tirregola l-ipproċessar fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tispeċifika tal-inqas l-objettivi tal-ipproċessar, id-data personali li għandha tiġi pproċessata u l-finijiet tal-ipproċessar.

Artikolu 9 Kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar

Artikolu 9

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar

1.  Data personali miġbura minn awtoritajiet kompetenti għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) ma għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet li mhumiex dawk stipulati fl-Artikolu 1(1) sakemm tali pproċessar ma jkunx awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru. Meta d-data personali tkun proċessata għal tali finijiet oħra, ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika dment li l-ipproċessar ma jsirx f'attività li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

2.  Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiġu inkarigati mil-liġi ta' Stat Membru bit-twettiq ta' kompiti oħra minbarra dawk imwettqa għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1), ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar għal finijiet bħal dawn, inkluż għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika, sakemm l-ipproċessar ma jsirx f'attività li taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom, fejn il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru applikabbli għall-awtorità kompetenti ta' trażmissjoni tipprovdi kundizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar, jipprevedu li l-awtorità kompetenti ta' trażmissjoni tinforma lir-riċevitur ta' tali dati personali dwar dawk il-kundizzjonijiet u l-ħtieġa li jkun hemm konformità magħhom.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità kompetenti ta' trażmissjoni ma tapplikax kundizzjonijiet skont il-paragrafu 3 għal riċevituri fi Stati Membri oħra jew għal aġenziji, uffiċċji u korpi stabbiliti skont il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titlu V tat-TFUE li mhumiex dawk applikabbli għal trażmissjonijiet ta' data simili fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti ta' trażmissjoni.

Artikolu 10 Ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta'datapersonali

Artikolu 10

Ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali

L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija ma' trade union, u l-ipproċessar ta' data ġenetika, ta' data bijometrika bil-għan li tiġi identifika unikament persuna fiżika, ta' data dwar is-saħħa jew ta' data li tikkonċerna l-ħajja sesswali jew orjentazzjoni sesswali ta' persuna fiżika għandu jiġi permess biss meta verament ikun meħtieġ, soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, u biss:

(a) fejn awtorizzat bil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

(b) biex jiġu protetti l-interessi importanti tas-suġġett tad-data jew ta' persuna fiżika oħra; jew

(c) fejn tali pproċessar ikun relatat ma' data li b'mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-data.

Artikolu 11 Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati

Artikolu 11

Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li deċiżjoni bbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż, it-tfassil tal-profil, li joħloq effett legali negattiv li jikkonċerna s-suġġett tad-data jew jaffettwah b'mod sinifikanti, tiġi pprojbita sakemm ma tkunx awtorizzata mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur u li tipprovdi salvagwardji adatti għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, mill-inqas id-dritt li jkun hemm intervent uman min-naħa tal-kontrollur.

2.  Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu bbażati fuq kategoriji speċjali ta' data personali msemmija fl-Artikolu 10, sakemm ma jkunux fis-seħħ miżuri xierqa biex jiġu salvagwardati d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data.

3.  It-tfassil ta' profil li jwassal għal diskriminazzjoni kontra persuni fiżiċi abbażi ta' kategoriji speċjali ta' data personali msemmija fl-Artikolu 10 għandu jkun ipprojbit, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.