|
+Artikolu 11 Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati ---+Article 11 1. ---+Article 11 2. ---+Article 11 3. |
Artikolu 11 Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzatiArtikolu 11 Teħid ta' deċiżjonijiet individwali awtomatizzati 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li deċiżjoni bbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż, it-tfassil tal-profil, li joħloq effett legali negattiv li jikkonċerna s-suġġett tad-data jew jaffettwah b'mod sinifikanti, tiġi pprojbita sakemm ma tkunx awtorizzata mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur u li tipprovdi salvagwardji adatti għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, mill-inqas id-dritt li jkun hemm intervent uman min-naħa tal-kontrollur. 2. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu bbażati fuq kategoriji speċjali ta' data personali msemmija fl-Artikolu 10, sakemm ma jkunux fis-seħħ miżuri xierqa biex jiġu salvagwardati d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data. 3. It-tfassil ta' profil li jwassal għal diskriminazzjoni kontra persuni fiżiċi abbażi ta' kategoriji speċjali ta' data personali msemmija fl-Artikolu 10 għandu jkun ipprojbit, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|