|
+Artikolu 22 Proċessur ---+Article 22 1. ---+Article 22 2. ---+Article 22 3. ---+Article 22 4. ---+Article 22 5. |
Artikolu 22 ProċessurArtikolu 22 Proċessur 1. L-Istati Membri għandhom, fejn l-ipproċessar isir f'isem il-kontrollur, jipprevedu li l-kontrollur juża biss proċessuri li jagħtu garanziji biżżejjed biex jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa b'tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data. 2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-proċessur ma jingaġġax proċessur ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel speċifika jew ġenerali tal-kontrollur. Fil-każ ta' awtorizzazzjoni bil-miktub ġenerali, il-proċessur għandu jgħarraf lill-kontrollur bi kwalunkwe intenzjoni ta' tibdil rigward iż-żieda jew is-sostituzzjoni ta' proċessuri oħrajn, biex b'hekk jagħti l-opportunità lill-kontrollur li joġġezzjona għal tali bidliet. 3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-ipproċessar minn proċessur ikun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor taħt il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, li hu vinkolanti għall-proċessur fir-rigward tal-kontrollur u li jistabbilixxi s-suġġett u t-tul tal-ipproċessar, in-natura u l-fini tal-ipproċessar, it-tip ta' data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data u l-obbligi u d-drittijiet tal-kontrollur. Dak il-kuntratt jew att legali għandu jistipula, b'mod partikolari, li l-proċessur: (a) jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur; (b) jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jipproċessaw id-data personali jkunu impenjaw ruħhom li jżommu l-kunfidenzjalità jew ikunu taħt obbligu statutorju adatt ta' kunfidenzjalità; (c) jassisti lill-kontrollur permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data; (d) fuq l-għażla tal-kontrollur, iħassar jew jirritorna d-data personali kollha lill-kontrollur wara li jintemm l-għoti ta' servizzi ta' pproċessar ta' data, u jħassar kopji eżistenti sakemm il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru ma tirrikjedix il-ħżin tad-data personali; (e) jagħmel disponibbli għall-kontrollur kull informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità ma' dan l-Artikolu; (f) jikkonforma mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 biex jingaġġa proċessur ieħor. 4. Il-kuntratt jew l-att legali ieħor imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun bil-miktub, inkluż f'forma elettronika. 5. Jekk proċessur jiddetermina, fi ksur ta' din id-Direttiva, il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, dak il-proċessur għandu jitqies bħala kontrollur fir-rigward ta' dak l-ipproċessar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|