+Section 1 General obligations
---+Artikolu 19 Obbligi tal-kontrollur
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
---+Artikolu 20 Protezzjoni tad-datab'mod intenzjonat u b'mod awtomatiku
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.
---+Artikolu 21 Kontrolluri konġunti
------+Article 21 1.
------+Article 21 2.
---+Artikolu 22 Proċessur
------+Article 22 1.
------+Article 22 2.
------+Article 22 3.
------+Article 22 4.
------+Article 22 5.
---+Artikolu 23 Ipproċessar taħt l-awtorità tal-kontrollur jew il-proċessur
---+Artikolu 24 Reġistri ta' attivitajiet ta' pproċessar
------+Article 24 1.
------+Article 24 2.
------+Article 24 3.
---+Artikolu 25 Reġistrar
------+Article 25 1.
------+Article 25 2.
------+Article 25 3.
---+Artikolu 26 Kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja
---+Artikolu 27 Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data
------+Article 27 1.
------+Article 27 2.
---+Artikolu 28 Konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità superviżorja
------+Article 28 1.
------+Article 28 2.
------+Article 28 3.
------+Article 28 4.
------+Article 28 5.
|
Section 1 General obligations
Section 1 General obligations
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 Obbligi tal-kontrollur
|
Artikolu 19 Obbligi tal-kontrollur 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur, b'kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar kif ukoll ir-riskji ta' probabbiltà u gravità diversa għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiżgura u jkun jista' juri li pproċessar isir f'konformità ma' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati, fejn meħtieġ. 2. Meta dawn ikunu proporzjonati fir-rigward tal-attivitajiet ta' pproċessar, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta' politiki adatti dwar il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur.
|
|
Artikolu 20 Protezzjoni tad-datab'mod intenzjonat u b'mod awtomatiku
|
Artikolu 20 Protezzjoni tad-data b'mod intenzjonat u b'mod awtomatiku 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, l-ispiża tal-implimentazzjoni u tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, kif ukoll il-riskji ta' probabbiltà u gravità diversa għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi kkawżati mill-ipproċessar, kemm fiż-żmien tad-determinazzjoni tal-mezzi għall-ipproċessar kif ukoll fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, bħall-psewdonimizzazzjoni, li huma maħsuba biex jimplimentaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, bħalma hija l-minimizzazzjoni tad-data, b'mod effettiv u biex jiġu integrati s-salvagwardji meħtieġa fl-ipproċessar, sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jiġu protetti d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. 2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat li, b'mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss data personali li hi meħtieġa għal kull fini speċifiku tal-ipproċessar. Dak l-obbligu japplika għall-ammont ta' data personali miġbura, il-livell ta' pproċessar tagħha, il-perijodu tal-ħażna tagħha u l-aċċessibbiltà tagħha. B'mod partikolari, tali miżuri għandhom jiżguraw li b'mod awtomatiku d-data personali ma tkunx aċċessibbli mingħajr l-intervent tal-individwu għal għadd indefinit ta' persuni fiżiċi.
|
|
Artikolu 21 Kontrolluri konġunti
|
Artikolu 21 Kontrolluri konġunti 1. L-Istati Membri għandhom, meta żewġ kontrolluri jew aktar jiddeterminaw flimkien il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, jipprevedu għalihom biex ikunu kontrolluri konġunti. Dawn għandhom, b'mod trasparenti, jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom għall-konformità ma' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data u l-kompiti rispettivi tagħhom biex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 permezz ta' arranġament bejniethom, ħlief u sa fejn, ir-responsabbiltajiet rispettivi tal-kontrolluri jkunu stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li jkunu soġġetti għaliha l-kontrolluri. L-arranġament għandu jaħtar punt ta' kuntatt għas-suġġetti tad-data. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu liema mill-kontrolluri jista' jaġixxi bħala punt ta' kuntatt uniku għas-suġġetti tad-data biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. 2. Irrispettivament mit-termini tal-arranġament imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li s-suġġett tad-data jista' jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva fir-rigward ta' u kontra kull wieħed mill-kontrolluri.
|
|
Artikolu 22 Proċessur
|
Artikolu 22 Proċessur 1. L-Istati Membri għandhom, fejn l-ipproċessar isir f'isem il-kontrollur, jipprevedu li l-kontrollur juża biss proċessuri li jagħtu garanziji biżżejjed biex jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa b'tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data. 2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-proċessur ma jingaġġax proċessur ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel speċifika jew ġenerali tal-kontrollur. Fil-każ ta' awtorizzazzjoni bil-miktub ġenerali, il-proċessur għandu jgħarraf lill-kontrollur bi kwalunkwe intenzjoni ta' tibdil rigward iż-żieda jew is-sostituzzjoni ta' proċessuri oħrajn, biex b'hekk jagħti l-opportunità lill-kontrollur li joġġezzjona għal tali bidliet. 3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-ipproċessar minn proċessur ikun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor taħt il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, li hu vinkolanti għall-proċessur fir-rigward tal-kontrollur u li jistabbilixxi s-suġġett u t-tul tal-ipproċessar, in-natura u l-fini tal-ipproċessar, it-tip ta' data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data u l-obbligi u d-drittijiet tal-kontrollur. Dak il-kuntratt jew att legali għandu jistipula, b'mod partikolari, li l-proċessur:
(a) jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur;
(b) jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jipproċessaw id-data personali jkunu impenjaw ruħhom li jżommu l-kunfidenzjalità jew ikunu taħt obbligu statutorju adatt ta' kunfidenzjalità;
(c) jassisti lill-kontrollur permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data;
(d) fuq l-għażla tal-kontrollur, iħassar jew jirritorna d-data personali kollha lill-kontrollur wara li jintemm l-għoti ta' servizzi ta' pproċessar ta' data, u jħassar kopji eżistenti sakemm il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru ma tirrikjedix il-ħżin tad-data personali;
(e) jagħmel disponibbli għall-kontrollur kull informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità ma' dan l-Artikolu;
(f) jikkonforma mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 biex jingaġġa proċessur ieħor.
4. Il-kuntratt jew l-att legali ieħor imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun bil-miktub, inkluż f'forma elettronika. 5. Jekk proċessur jiddetermina, fi ksur ta' din id-Direttiva, il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, dak il-proċessur għandu jitqies bħala kontrollur fir-rigward ta' dak l-ipproċessar.
|
|
Artikolu 23 Ipproċessar taħt l-awtorità tal-kontrollur jew il-proċessur
|
Artikolu 23 Ipproċessar taħt l-awtorità tal-kontrollur jew il-proċessur L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-proċessur u kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità tal-kontrollur jew tal-proċessur, li jkollhom aċċess għal data personali, ma jipproċessawhiex ħlief fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur, sakemm ma jkunux meħtieġa jagħmlu dan mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru.
|
|
Artikolu 24 Reġistri ta' attivitajiet ta' pproċessar
|
Artikolu 24 Reġistri ta' attivitajiet ta' pproċessar 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrolluri jżommu reġistru tal-kategoriji kollha ta' attivitajiet ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Dak ir-reġistru għandu jkollu l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-kontrollur u fejn applikabbli, il-kontrollur konġunt u l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;
(b) il-finijiet tal-ipproċessar;
(c) il-kategoriji ta' riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata jew ser tiġi żvelata d-data personali, inklużi r-riċevituri f'pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
(d) deskrizzjoni tal-kategoriji ta' suġġett tad-data u tal-kategoriji ta' data personali;
(e) fejn applikabbli, l-użu tat-tfassil tal-profil;
(f) fejn applikabbli, il-kategoriji tat-trasferimenti tad-data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali;
(g) indikazzjoni tal-bażi legali tal-operazzjoni għall-ipproċessar, inklużi t-trasferimenti, li għaliha tkun maħsuba d-data personali;
(h) fejn ikun possibbli, il-limiti ta' żmien previsti għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta' data personali;
(i) fejn ikun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 29(1).
2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu għal kull proċessur biex iżomm reġistru tal-kategoriji kollha ta' attivitajiet ta' pproċessar imwettqa f'isem il-kontrollur, li jkun fih:
(a) l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-proċessur jew proċessuri, ta' kull kontrollur li l-proċessur qed jaġixxi f'ismu u, fejn applikabbli, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;
(b) il-kategoriji tal-ipproċessar imwettaq f'isem kull kontrollur;
(c) fejn applikabbli, it-trasferimenti ta' data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fejn għandu struzzjonijiet espliċiti mill-kontrollur biex jagħmel dan, inkluża l-identifikazzjoni ta' dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali;
(d) fejn ikun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà msemmija fl-Artikolu 29(1).
3. Ir-reġistri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bil-miktub, inkluż f'forma elettronika. Jekk mitluba, il-kontrollur u l-proċessur għandhom jagħmlu dawk ir-reġistri disponibbli għall-awtorità superviżorja.
|
|
Artikolu 25 Reġistrar
|
Artikolu 25 Reġistrar 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li r-reġistrazzjonijiet jinżammu tal-inqas għall-operazzjonijiet ta' pproċessar li ġejjin f'sistemi ta' pproċessar awtomatizzat: il-ġbir, il-bdil, il-konsultazzjoni, l-iżvelar inklużi trasferimenti, il-kombinament u t-tħassir. Ir-reġistrazzjonijiet tal-konsultazzjoni u l-iżvelar għandhom jagħmluha possibbli li jiġu stabbiliti l-ġustifikazzjoni, id-data u l-ħin ta' kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet u, sa fejn possibbli, l-identifikazzjoni tal-persuna li tkun ikkonsultat jew żvelat id-data personali, u l-identità tar-riċevituri ta' tali data personali. 2. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jintużaw biss għall-verifika tal-legalità tal-ipproċessar, l-awtomonitoraġġ, sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data personali u għal proċedimenti kriminali. 3. Jekk mitluba, il-kontrollur u l-proċessur għandhom jagħmlu r-reġistrazzjonijiet disponibbli għall-awtorità superviżorja.
|
|
Artikolu 26 Kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja
|
Artikolu 26 Kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur u l-proċessur jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità superviżorja fit-twettiq tal-kompiti tagħha.
|
|
Artikolu 27 Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data
|
Artikolu 27 Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data
1. Fejn tip ta' pproċessar, partikolarment bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u b'kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar li x'aktarx jirriżultaw f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur iwettaq, qabel l-ipproċessar, valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta' pproċessar previsti fuq il-protezzjoni tad-data personali. 2. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta' pproċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw dawk ir-riskji, salvagwardji, miżuri u mekkaniżmi ta' sigurtà li jiżguraw il-protezzjoni ta' data personali u li juru l-konformità ma' din id-Direttiva, b'kont meħud tad-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni oħrajn ikkonċernati.
|
|
Artikolu 28 Konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità superviżorja
|
Artikolu 28 Konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità superviżorja 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jew il-proċessur jikkonsulta lill-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar ta' data personali li tkun ser tifforma parti minn sistema ġdida ta' arkivjar li tkun ser tinħoloq, fejn:
(a) valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data kif previst fl-Artikolu 27 tindika li l-ipproċessar jirriżulta f'riskju għoli fin-nuqqas ta' miżuri meħuda mill-kontrollur biex jittaffa r-riskju; jew
(b) it-tip ta' pproċessar, b'mod partikolari, meta jkunu qed jintużaw teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jinvolvi riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data.
2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità superviżorja tiġi ikkonsultata matul it-tħejjija ta' proposta għal miżura leġiżlattiva li għandha tiġi adottata minn Parlament nazzjonali jew ta' miżura regolatorja bbażata fuq tali miżura leġiżlattiva, li hija relatata ma' pproċessar. 3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità superviżorja tista' tistabbilixxi lista tal-operazzjonijiet ta' pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-paragrafu 1. 4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur għandu jipprovdi lill-awtorità superviżorja b'valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 27 u, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità superviżorja tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b'mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-data personali tas-suġġett tad-data u tas-salvagwardji relatati. 5. L-Istati Membri għandhom, meta l-awtorità superviżorja tkun tal-opinjoni li l-ipproċessar previst imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jikser id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b'mod partikolari meta l-kontrollur ma jkunx identifika jew naqqas ir-riskju biżżejjed, jipprevedu li l-awtorità superviżorja tipprovdi, fi żmien sitt ġimgħat minn meta tirċievi t-talba għall-konsultazzjoni, parir bil-miktub lill-kontrollur u, fejn applikabbli, lill-proċessur, u tista' tuża kwalunkwe waħda mis-setgħat tagħha msemmija fl-Artikolu 47. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż b' xahar, b'kont meħud tal-kumplessità tal-ipproċessar intenzjonat. L-awtorità superviżorja għandha tinforma lill-kontrollur u, fejn applikabbli, il-proċessur b'tali estenzjoni fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba għall-konsultazzjoni, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|