|
+Artikolu 30 Notifika ta' ksur ta'datapersonali lill-awtorità superviżorja ---+Article 30 1. ---+Article 30 2. ---+Article 30 3. ---+Article 30 4. ---+Article 30 5. ---+Article 30 6. |
Artikolu 30 Notifika ta' ksur ta'datapersonali lill-awtorità superviżorjaArtikolu 30 Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtorità superviżorja 1. L-Istati Membri għandhom, f'każ ta' ksur tad-data personali, jipprevedu li l-kontrollur jinnotifika mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, il-ksur tad-data personali lill-awtorità superviżorja, sakemm il-ksur ta' data personali x'aktarx ma jirriżultax f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Fejn in-notifika lill-awtorità superviżorja ma ssirx xi żmien 72 siegħa, din għandha tkun akkumpanjata minn raġunijiet għad-dewmien. 2. Il-proċessur għandu jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien bla bżonn wara li jsir jaf bi ksur ta' data personali. 3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-anqas: (a) tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-data personali inklużi, fejn hu possibbli, il-kategoriji u l-għadd approssimattiv tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u l-għadd approssimattiv ta' reġistri tad-data personali kkonċernati; (b) tikkomunika l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew ta' punt ta' kuntatt ieħor fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni; (c) tiddeskrivi l-konsegwenzi probabbli tal-ksur ta' data personali; (d) tiddeskrivi l-miżuri li ttieħdu jew proposti biex jittieħdu mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur ta' data personali, inklużi, fejn xieraq, miżuri biex jiġu mitigati l-effetti negattivi possibbli tiegħu. 4. Meta, u sa fejn, mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta l-informazzjoni fl-istess ħin, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta f'fażijiet mingħajr aktar dewmien indebitu. 5. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jiddokumenta kwalunkwe ksur ta' data personali msemmi fil-paragrafu 1, fosthom il-fatti relatati mal-ksur tad-data personali, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta' rimedju meħuda. Dik id-dokumentazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità superviżorja li tivverifika l-konformità ma' dan l-Artikolu. 6. L-Istati Membri għandhom, fejn il-ksur tad-data personali jinvolvi data personali li ġiet trażmessa minn jew lill-kontrollur ta' Stat Membru ieħor, jipprevedu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tiġi kkomunikata lill-kontrollur ta' dak l-Istat Membru mingħajr dewmien żejjed. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|