+Section 2 Security of personal data
---+Artikolu 29 Sigurtà tal-ipproċessar
------+Article 29 1.
------+Article 29 2.
---+Artikolu 30 Notifika ta' ksur ta'datapersonali lill-awtorità superviżorja
------+Article 30 1.
------+Article 30 2.
------+Article 30 3.
------+Article 30 4.
------+Article 30 5.
------+Article 30 6.
---+Artikolu 31 Komunikazzjoni ta' ksur ta'datapersonali lis-suġġett tad-data
------+Article 31 1.
------+Article 31 2.
------+Article 31 3.
------+Article 31 4.
------+Article 31 5.

Section 2 Security of personal data

Section 2 Security of personal data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 Sigurtà tal-ipproċessar

Artikolu 29

Sigurtà tal-ipproċessar

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur u l-proċessur, b'kunsiderazzjoni tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, l-ispejjeż tal-implimentazzjoni u n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar kif ukoll ir-riskju ta' probabbiltà u gravità diversa għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, sabiex jiżguraw livell ta' sigurtà xieraq għar-riskju, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali msemmija fl-Artikolu 10.

2.  Fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat, kull Stat Membru għandu jipprevedi li l-kontrollur jew il-proċessur, wara evalwazzjoni tar-riskji, jimplimenta miżuri mfasslin sabiex:

(a) jiċħad l-aċċess minn persuni mhux awtorizzati għat-tagħmir li jipproċessa użat għall-ipproċessar (“kontroll tal-aċċess għat-tagħmir”);

(b) jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-mezzi tad-data (“kontroll tal-mezzi tad-data”);

(c) jipprevjeni d-dħul mhux awtorizzat ta' data personali u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali kkonservata (“kontroll tal-konservazzjoni”);

(d) jipprevjeni l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' pproċessar minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (“kontroll tal-utent”);

(e) jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' pproċessar jkollhom aċċess biss għad-data personali koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (“kontroll tal-aċċess għad-data”);

(f) jiżgura li jkun possibbli li jiġu vverifikati u stabbiliti l-korpi li lilhom tkun intbagħtet jew saret disponibbli jew tista' tintbagħat jew issir disponibbli data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (“kontroll tal-komunikazzjoni”);

(g) jiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f'sistemi awtomatizzati ta' pproċessar u meta u minn min iddaħħlet id-data personali (“kontroll tad-dħul”);

(h) jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali waqt it-trasferiment tad-data personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-mezzi tad-data (“kontroll tat-trasport”);

(i) jiżgura li s-sistemi installati jistgħu, fil-każ ta' interruzzjoni, jiġu rkuprati (“irkupru”);

(j) jiżgura li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu, li s-sejbien ta' żbalji fil-funzjonijiet jiġi rrapportat (affidabbiltà) u li d-data personali kkonservata ma tistax tiġi korrotta permezz ta' funzjonament ħażin tas-sistema (“integrità”).

Artikolu 30 Notifika ta' ksur ta'datapersonali lill-awtorità superviżorja

Artikolu 30

Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtorità superviżorja

1.  L-Istati Membri għandhom, f'każ ta' ksur tad-data personali, jipprevedu li l-kontrollur jinnotifika mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, il-ksur tad-data personali lill-awtorità superviżorja, sakemm il-ksur ta' data personali x'aktarx ma jirriżultax f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Fejn in-notifika lill-awtorità superviżorja ma ssirx xi żmien 72 siegħa, din għandha tkun akkumpanjata minn raġunijiet għad-dewmien.

2.  Il-proċessur għandu jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien bla bżonn wara li jsir jaf bi ksur ta' data personali.

3.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-anqas:

(a) tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-data personali inklużi, fejn hu possibbli, il-kategoriji u l-għadd approssimattiv tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u l-għadd approssimattiv ta' reġistri tad-data personali kkonċernati;

(b) tikkomunika l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew ta' punt ta' kuntatt ieħor fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni;

(c) tiddeskrivi l-konsegwenzi probabbli tal-ksur ta' data personali;

(d) tiddeskrivi l-miżuri li ttieħdu jew proposti biex jittieħdu mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur ta' data personali, inklużi, fejn xieraq, miżuri biex jiġu mitigati l-effetti negattivi possibbli tiegħu.

4.  Meta, u sa fejn, mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta l-informazzjoni fl-istess ħin, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta f'fażijiet mingħajr aktar dewmien indebitu.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jiddokumenta kwalunkwe ksur ta' data personali msemmi fil-paragrafu 1, fosthom il-fatti relatati mal-ksur tad-data personali, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta' rimedju meħuda. Dik id-dokumentazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità superviżorja li tivverifika l-konformità ma' dan l-Artikolu.

6.  L-Istati Membri għandhom, fejn il-ksur tad-data personali jinvolvi data personali li ġiet trażmessa minn jew lill-kontrollur ta' Stat Membru ieħor, jipprevedu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tiġi kkomunikata lill-kontrollur ta' dak l-Istat Membru mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 31 Komunikazzjoni ta' ksur ta'datapersonali lis-suġġett tad-data

Artikolu 31

Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data

1.  L-Istati Membri għandhom, fejn il-ksur ta' data personali x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, li l-kontrollur jikkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn.

2.  Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiddeskrivi b'lingwaġġ ċar u sempliċi n-natura tal-ksur ta' data personali u għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni u miżuri msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 30(3).

3.  Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta' protezzjoni teknoloġika u organizzattiva xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-data personali affettwata mill-ksur ta' data personali, b'mod partikolari dawk li jagħmlu d-data personali ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha, bħall-kriptaġġ;

(b) il-kontrollur ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 mhux probabbli li jimmaterjalizza;

(c) tkun tinvolvi sforz sproporzjonat. F'każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġetti tad-data jiġu infurmati b'mod għaldaqstant effettiv.

4.  Jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, l-awtorità superviżorja, wara li tkun ikkunsidrat il-probabbiltà li l-ksur tad-data personali jirriżulta f'riskju għoli, tista' tirrikjedi minnu li jagħmel dan, jew tista' tiddeċiedi li kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 huma ssodisfati.

5.  Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tiġi ttardjata, ristretta jew titħalla barra soġġetta għall-kundizzjonijiet u abbażi tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 13(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.