|
+Artikolu 31 Komunikazzjoni ta' ksur ta'datapersonali lis-suġġett tad-data ---+Article 31 1. ---+Article 31 2. ---+Article 31 3. ---+Article 31 4. ---+Article 31 5. |
Artikolu 31 Komunikazzjoni ta' ksur ta'datapersonali lis-suġġett tad-dataArtikolu 31 Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data 1. L-Istati Membri għandhom, fejn il-ksur ta' data personali x'aktarx jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi, li l-kontrollur jikkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn. 2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiddeskrivi b'lingwaġġ ċar u sempliċi n-natura tal-ksur ta' data personali u għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni u miżuri msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 30(3). 3. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati: (a) il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta' protezzjoni teknoloġika u organizzattiva xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-data personali affettwata mill-ksur ta' data personali, b'mod partikolari dawk li jagħmlu d-data personali ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha, bħall-kriptaġġ; (b) il-kontrollur ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 mhux probabbli li jimmaterjalizza; (c) tkun tinvolvi sforz sproporzjonat. F'każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġetti tad-data jiġu infurmati b'mod għaldaqstant effettiv. 4. Jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, l-awtorità superviżorja, wara li tkun ikkunsidrat il-probabbiltà li l-ksur tad-data personali jirriżulta f'riskju għoli, tista' tirrikjedi minnu li jagħmel dan, jew tista' tiddeċiedi li kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 huma ssodisfati. 5. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tiġi ttardjata, ristretta jew titħalla barra soġġetta għall-kundizzjonijiet u abbażi tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 13(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|