|
+Artikolu 32 Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data ---+Article 32 1. ---+Article 32 2. ---+Article 32 3. ---+Article 32 4. |
Artikolu 32 Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dataArtikolu 32 Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn dak l-obbligu lil qrati u lil awtoritajiet ġudizzjarji indipendenti oħra meta jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom. 2. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jinħatar abbażi ta' kwalitajiet professjonali tiegħu u, b'mod partikolari, l-għarfien espert tiegħu tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-data u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 34. 3. Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data uniku jista' jinħatar għal diversi awtoritajiet kompetenti, b'kont meħud tal-istruttura organizzattiva u d-daqs tagħhom. 4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kontrollur jippubblika d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u jikkomunikahom lill-awtorità superviżorja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|