+Artikolu 36 Trasferimenti abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza
---+Article 36 1.
---+Article 36 2.
---+Article 36 3.
---+Article 36 4.
---+Article 36 5.
---+Article 36 6.
---+Article 36 7.
---+Article 36 8.
|
Artikolu 36 Trasferimenti abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza
Artikolu 36 Trasferimenti abbażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li trasferiment ta' data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jista' jseħħ jekk il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat wieħed jew aktar f'dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni. Tali trasferiment ma għandu jkun jeħtieġ l-ebda awtorizzazzjoni speċifika. 2. Meta tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tieħu kont tal-elementi li ġejjin:
(a) l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, il-leġiżlazzjoni rilevanti, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż rigward is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali u l-aċċess minn awtoritajiet pubbliċi għad-data personali kif ukoll l-implimentazzjoni ta' tali leġiżlazzjoni, regoli dwar il-protezzjoni tad-data, regoli professjonali u miżuri ta' sigurtà, inklużi regoli għat-trasferiment ulterjuri ta' data personali lejn pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra, li jkunu konformi ma' dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali; il-ġurisprudenza, kif ukoll drittijiet effettivi u eżegwibbli tas-soġġetti tad-data u rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-soġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tkun trasferita;
(b) l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta' awtorità superviżorja indipendenti waħda jew aktar fil-pajjiż terz jew li għaliha organizzazzjoni internazzjonali tkun soġġetta, bir-responsabbiltà għall-assigurazzjoni u l-infurzar tal-konformità ma' regoli dwar il-protezzjoni tad-data inklużi, setgħat adegwati ta' infurzar, għall-assistenza u l-għoti ta' pariri lis-soġġetti tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri; u
(c) l-impenji internazzjonali li jkunu daħlu għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati, jew obbligi oħra li jirriżultaw minn konvenzjonijiet jew strumenti legalment vinkolanti kif ukoll mill-parteċipazzjoni tagħhom f'sistemi multilaterali jew reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali.
3. Il-Kummissjoni, wara li tkun ivvalutat l-adegwatezza tal-livell tal-protezzjoni, tista' tiddeċiedi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li pajjiż terz, territorju jew settur wieħed jew aktar speċifikat f'pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali jassiguraw livell adegwat ta' protezzjoni fit-tifsira tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-att ta' implimentazzjoni għandu jipprevedi mekkaniżmu għal rieżami perjodiku, tal-anqas kull erba' snin, li għandu jqis l-iżviluppi rilevanti kollha fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali. L-att ta' implimentazzjoni għandu jispeċifika l-applikazzjoni ġeografika u settorjali tiegħu, u, fejn applikabbli, jidentifika l-awtorità jew awtoritajiet superviżorji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2). 4. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja żviluppi f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tad-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 3. 5. Il-Kummissjoni għandha, meta l-informazzjoni disponibbli turi, b'mod partikolari wara r-rieżami msemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat wieħed jew aktar f'pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma għadhomx jassiguraw livell adegwat ta' protezzjoni fit-tifsira tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, sa fejn ikun meħtieġ, tirrevoka, temenda jew tissospendi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni mingħajr effett retroattiv. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2). Għal raġunijiet debitament ġustifikati imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni immedjatament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58(3). 6. Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bil-ħsieb li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta fid-deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5. 7. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li deċiżjoni skont il-paragrafu 5 tkun mingħajr preġudizzju għat-trasferimenti tad-data personali lill-pajjiż terz, lit-territorju jew wieħed jew aktar setturi speċifikati f'dak il-pajjiż terz, jew lill-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni skont l-Artikoli 37 u 38. 8. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web tagħha lista tal-pajjiżi terzi, territorji u setturi speċifikati fi ħdan pajjiż terz u organizzazzjonijiet internazzjonali li dwarhom tkun iddeċidiet li huwa żgurat jew m'għadux żgurat livell adegwat ta' protezzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Article 36 1.
|
Member States shall provide that a transfer of personal data to a third country or an international organisation may take place where the Commission has decided that the third country, a territory or one or more specified sectors within that third country, or the international organisation in question ensures an adequate level of protection. Such a transfer shall not require any specific authorisation.
|
|
Article 36 2.
|
When assessing the adequacy of the level of protection, the Commission shall, in particular, take account of the following elements:
(a)
the rule of law, respect for human rights and fundamental freedoms, relevant legislation, both general and sectoral, including concerning public security, defence, national security and criminal law and the access of public authorities to personal data, as well as the implementation of such legislation, data protection rules, professional rules and security measures, including rules for the onward transfer of personal data to another third country or international organisation, which are complied with in that country or international organisation, case-law, as well as effective and enforceable data subject rights and effective administrative and judicial redress for the data subjects whose personal data are transferred;
(b)
the existence and effective functioning of one or more independent supervisory authorities in the third country or to which an international organisation is subject, with responsibility for ensuring and enforcing compliance with data protection rules, including adequate enforcement powers, for assisting and advising data subjects in exercising their rights and for cooperation with the supervisory authorities of the Member States; and
(c)
the international commitments the third country or international organisation concerned has entered into, or other obligations arising from legally binding conventions or instruments as well as from its participation in multilateral or regional systems, in particular in relation to the protection of personal data.
|
|
Article 36 3.
|
The Commission, after assessing the adequacy of the level of protection, may decide, by means of implementing act, that a third country, a territory or one or more specified sectors within a third country, or an international organisation ensures an adequate level of protection within the meaning of paragraph 2 of this Article. The implementing act shall provide a mechanism for periodic review, at least every four years, which shall take into account all relevant developments in the third country or international organisation. The implementing act shall specify its territorial and sectoral application and, where applicable, identify the supervisory authority or authorities referred to in point (b) of paragraph 2 of this Article. The implementing act shall be adopted in accordance with the examination procedure referred to in Article 58(2).
|
|
Article 36 4.
|
The Commission shall, on an ongoing basis, monitor developments in third countries and international organisations that could affect the functioning of decisions adopted pursuant to paragraph 3.
|
|
Article 36 5.
|
The Commission shall, where available information reveals, in particular following the review referred to in paragraph 3 of this Article, that a third country, a territory or one or more specified sectors within a third country, or an international organisation no longer ensures an adequate level of protection within the meaning of paragraph 2 of this Article, to the extent necessary, repeal, amend or suspend the decision referred to in paragraph 3 of this Article by means of implementing acts without retro-active effect. Those implementing acts shall be adopted in accordance with the examination procedure referred to in Article 58(2). On duly justified imperative grounds of urgency, the Commission shall adopt immediately applicable implementing acts in accordance with the procedure referred to in Article 58(3).
|
|
Article 36 6.
|
The Commission shall enter into consultations with the third country or international organisation with a view to remedying the situation giving rise to the decision made pursuant to paragraph 5.
|
|
Article 36 7.
|
Member States shall provide for a decision pursuant to paragraph 5 to be without prejudice to transfers of personal data to the third country, the territory or one or more specified sectors within that third country, or the international organisation in question pursuant to Articles 37 and 38.
|
|
Article 36 8.
|
The Commission shall publish in the Official Journal of the European Union and on its website a list of the third countries, territories and specified sectors within a third country and international organisations for which it has decided that an adequate level of protection is or is no longer ensured.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|