|
+Artikolu 38 Derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi ---+Article 38 1. ---+Article 38 2. ---+Article 38 3. |
Artikolu 38 Derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċiArtikolu 38 Derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi 1. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza skont l-Artikolu 36, jew ta' salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 37, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li trasferiment jew kategorija ta' trasferimenti tad-data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali tista' ssir biss bil-kondizzjoni li t-trasferiment ikun meħtieġ: (a) għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuna oħra; (b) biex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data, fejn il-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-data personali tipprevedi dan; (c) għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz; (d) f'każijiet individwali għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1); jew (e) f'każ individwali għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża tat-talbiet legali relatati mal-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1). 2. Id-data personali ma għandhiex tiġi ttrasferita jekk l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tiddetermina li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat jieħdu preċedenza fuq l-interess tal-pubbliku fit-trasferiment stipulat fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1. 3. Fejn trasferiment ikun ibbażat fuq il-paragrafu 1, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha ssir disponibbli għall-awtorità superviżorja meta titlobha, inklużi d-data u l-ħin tat-trasferiment, l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti li tirċeviha, il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u d-data personali trasferita. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|