|
+Artikolu 40 Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tad-datapersonali |
Artikolu 40 Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tad-datapersonaliArtikolu 40 Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tad-data personali Fir-rigward ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa biex: (a) jiżviluppaw mekkaniżmi ta' kooperazzjoni internazzjonali li jiffaċilitaw l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta' data personali; (b) jipprovdu assistenza reċiproka internazzjonali fl-infurzar ta' leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta' data personali, inkluż permezz ta' notifika, riferiment tal-ilmenti, assistenza investigattiva u skambju ta' informazzjoni, soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni ta' data personali u drittijiet u libertajiet fundamentali oħra; (c) jinvolvu lill-partijiet interessati rilevanti f'diskussjoni u attivitajiet immirati lejn aktar kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar ta' leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta' data personali; (d) jippromwovu l-iskambju u d-dokumentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni ta' data personali, inkluż dwar konflitti ġurisdizzjonali ma' pajjiżi terzi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|