+Artikolu 46 Kompiti
---+Article 46 1.
---+Article 46 2.
---+Article 46 3.
---+Article 46 4.
|
Artikolu 46 Kompiti
Artikolu 46 Kompiti 1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi, fuq it-territorju tiegħu, li kull awtorità superviżorja:
(a) tissorvelja u tinforza l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha;
(b) tippromwovi s-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b'rabta mal-ipproċessar;
(c) tagħti pariri, skont il-liġi tal-Istat Membru, lill-Parlament nazzjonali, lill-gvern, u lil istituzzjonijiet u korpi oħrajn dwar miżuri leġiżlattivi u amministrattivi marbutin mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar;
(d) tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-kontrolluri u l-proċessuri tal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva;
(e) fuq talba, tipprovdi informazzjoni lil kwalunkwe suġġett tad-data dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu taħt din id-Direttiva u, jekk xieraq, tikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji fi Stati Membri oħra għal dak il-għan;
(f) tindirizza l-ilmenti mressqa minn suġġett tad-data, jew minn korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni f'konformità mal-Artikolu 55, u tinvestiga, sa fejn ikun xieraq, is-suġġett tal-ilment u tinforma lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni fi żmien raġonevoli, b'mod partikolari jekk tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma' xi awtorità superviżorja oħra;
(g) tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar skont l-Artikolu 17, u tinforma lis-suġġett tad-data fi żmien raġonevoli dwar l-eżitu tal-iċċekkjar skont il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jew dwar ir-raġunijiet għaliex l-iċċekkjar ma jkunx sar;
(h) tikkoopera, inkluż billi tikkondividi l-informazzjoni u tipprovdi assistenza reċiproka, ma' awtoritajiet superviżorji oħra, bil-għan li tiġi żgurata l-konsistenza tal-applikazzjoni u l-infurzar ta' din id-Direttiva;
(i) twettaq investigazzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż abbażi ta' informazzjoni li taslilha mingħand awtorità superviżorja jew awtorità pubblika oħra;
(j) tissorvelja żviluppi rilevanti, sa fejn ikollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;
(k) tipprovdi parir dwar l-operazzjonijiet ta' pproċessar imsemmija fl-Artikolu 28; u
(l) tikkontribwixxi għall-attivitajiet tal-Bord.
2. Kull awtorità superviżorja għandha tiffaċilita t-tressiq ta' lmenti msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, permezz ta' miżuri bħal li tiġi pprovduta formola għat-tressiq ta' lment, li tista' timtela wkoll b'mod elettroniku, mingħajr ma jkunu esklużi mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni. 3. It-twettiq tal-kompiti ta' kull awtorità superviżorja għandu jkun bla ħlas għas-suġġett tad-data u għall-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data. 4. Meta talba tkun manifestament bla bażi jew eċċessiva, b'mod partikolari tkun ripetittiva, l-awtorità superviżorja tista' timponi ħlas raġonevoli bbażat fuq spejjeż amministrattivi, jew tista' tirrifjuta li taġixxi fuq it-talba. L-awtorità superviżorja għandha terfa' r-responsabbiltà li turi li t-talba hi manifestament bla bażi jew eċċessiva tat-talba.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Article 46 1.
|
Each Member State shall provide, on its territory, for each supervisory authority to:
(a)
monitor and enforce the application of the provisions adopted pursuant to this Directive and its implementing measures;
(b)
promote public awareness and understanding of the risks, rules, safeguards and rights in relation to processing;
(c)
advise, in accordance with Member State law, the national parliament, the government and other institutions and bodies on legislative and administrative measures relating to the protection of natural persons' rights and freedoms with regard to processing;
(d)
promote the awareness of controllers and processors of their obligations under this Directive;
(e)
upon request, provide information to any data subject concerning the exercise of their rights under this Directive and, if appropriate, cooperate with the supervisory authorities in other Member States to that end;
(f)
deal with complaints lodged by a data subject, or by a body, organisation or association in accordance with Article 55, and investigate, to the extent appropriate, the subject-matter of the complaint and inform the complainant of the progress and the outcome of the investigation within a reasonable period, in particular if further investigation or coordination with another supervisory authority is necessary;
(g)
check the lawfulness of processing pursuant to Article 17, and inform the data subject within a reasonable period of the outcome of the check pursuant to paragraph 3 of that Article or of the reasons why the check has not been carried out;
(h)
cooperate with, including by sharing information, and provide mutual assistance to other supervisory authorities, with a view to ensuring the consistency of application and enforcement of this Directive;
(i)
conduct investigations on the application of this Directive, including on the basis of information received from another supervisory authority or other public authority;
(j)
monitor relevant developments insofar as they have an impact on the protection of personal data, in particular the development of information and communication technologies;
(k)
provide advice on the processing operations referred to in Article 28; and
(l)
contribute to the activities of the Board.
|
|
Article 46 2.
|
Each supervisory authority shall facilitate the submission of complaints referred to in point (f) of paragraph 1 by measures such as providing a complaint submission form which can also be completed electronically, without excluding other means of communication.
|
|
Article 46 3.
|
The performance of the tasks of each supervisory authority shall be free of charge for the data subject and for the data protection officer.
|
|
Article 46 4.
|
Where a request is manifestly unfounded or excessive, in particular because it is repetitive, the supervisory authority may charge a reasonable fee based on its administrative costs, or may refuse to act on the request. The supervisory authority shall bear the burden of demonstrating that the request is manifestly unfounded or excessive.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|